Salmi 88:1-18
Għanja, melodija taʼ wlied Koraħ. Lid-direttur fuq Maħalat* biex jingħataw tweġibiet. Maskil* taʼ Ħeman+ l-Eżraħi.
88 O Ġeħova, l-Alla tas-salvazzjoni tiegħi,+Bi nhar għajjatt,+U bil-lejl ukoll għajjatt quddiemek.+
2 Iva, quddiemek se tasal it-talba tiegħi.+Mejjel widintek għall-għajat tiegħi bil-ħrara.+
3 Għax ruħi kellha biżżejjed inkwiet,+U ħajti ġiet viċin il-Qabar.*+
4 Ġejt magħdud maʼ dawk li neżlin fil-ħofra;+Sirt bħal raġel b’saħħtu li telqitlu saħħtu,+
5 Meħlus bħall-mejtin,+Bħall-maqtulin mimdudin f’post id-dfin,+Li m’għadekx tiftakarhomU li huma maqtugħin mill-għajnuna taʼ idek.+
6 Int tfajtni f’ħofra mill-iktar fonda,F’postijiet mudlama, f’abbiss kbir ħafna.+
7 Fuqi tfajt il-korla tiegħek,+U bil-ħalel kbar kollha tiegħek għakkistni.+ Sela.
8 Int begħedt minni lil dawk li jafuni;+Għamiltni xi ħaġa mistkerrha ferm għalihom.+Jien magħluq u ma nistax noħroġ.+
9 Għajnejja ntfew minħabba s-sofferenza tiegħi.+Sejjaħtlek, O Ġeħova, il-jum kollu;+Lejk ftaħt idejja fit-talb.+
10 Jaqaw mal-mejtin se tagħmel xi meravilji?+Jew dawk bla qawwa fil-mewt se jqumu,+Se jfaħħruk?+ Sela.
11 Sejra l-qalb tajba bl-imħabba tiegħek tixxandar f’post id-dfin,Il-fedeltà tiegħek f’post il-qerda?+
12 Se jkunu l-meravilji tiegħek magħrufin fid-dlam,+Jew is-sewwa tiegħek f’art il-minsijin?+
13 U madankollu jien lilek għajjatt għall-għajnuna, O Ġeħova,+U kull fil-għodu t-talba tiegħi tibqaʼ tasal quddiemek.+
14 O Ġeħova, għala warrabtni?+Għala żżomm wiċċek mistur minni?+
15 Jien qed insofri u ili f’ħalq il-mewt sa minn tfuliti;+Issaportejt ħafna affarijiet tal-biżaʼ mingħandek.+
16 Ir-rabja taħraq tiegħek għaddiet tleħħ minn fuqi;+It-twerwir li ġibt fuqi sikkitni.+
17 Dawruni l-jum kollu bħal ilmijiet;+Għalquni kollha f’daqqa minn kull naħa.
18 Int begħedt minni lil ħabibi u lil sieħbi;+Jafni biss il-post mudlam.+
Noti taʼ taħt
^ Ara Sa 53:Sopr, in-nota taʼ taħt.
^ Ara Sa 32:Sopr, in-nota taʼ taħt.
^ Bl-Ebrajk, “Xeol.”

