Salmi 101:1-8

Taʼ David. Melodija. 101  Se nkanta dwar il-​qalb tajba bl-​imħabba u l-​ġustizzja.+Lilek, O Ġeħova, se ngħanni.+  2  Se nimxi bil-​għaqal fi triq bla nuqqas.+Meta ġej tgħinni?+Ġewwa dari se nimxi bl-​integrità taʼ qalbi.+  3  M’iniex se nqiegħed quddiem għajnejja xi ħaġa li m’hi tajba għal xejn.+Jien bgħadt l-​għemil taʼ dawk li tbiegħdu mit-​triq;+Ma nħallihx jersaq lejja.+  4  Qalb mgħawġa nżommha ’l bogħod minni;+Ma naf l-​ebda ħażen.+  5  Lil kulmin jimmalafama lil sieħbu bil-​moħbi,+Insikktu.+Lil kulmin għandu għajnejh imkabbrin u qalb arroganti,+Ma nifilħux.+  6  Għajnejja huma fuq in-​nies taʼ l-​art li juru fedeltà,+Sabiex jgħammru miegħi.+Min jimxi fi triq bla nuqqas,+Dak jaqdini.+  7  Min jinganna ma jgħammarx f’dari.+Kulmin jgħid il-​gideb, ma jibqax+Quddiem għajnejja.+  8  Kull għodwa nsikket lill-​ħżiena kollha taʼ l-​art,+Biex neqred mill-​belt+ taʼ Ġeħova lil kulmin jipprattika l-​ħsara.+

Noti taʼ taħt