Salmi 92:1-15
Melodija, għanja, għal jum is-Sabat.*
92 Tajjeb li rroddu ħajr lil Ġeħova+U li ngħannu lil ismek, O l-Iktar Għoli;+
2 Li ngħidu fil-għodu dwar il-qalb tajba bl-imħabba tiegħek+U dwar il-fedeltà tiegħek matul il-lejl,+
3 Fuq strument b’għaxar kordi u l-iljut,*+B’mużika tidwi bl-arpa.+
4 Għax int ferraħtni, O Ġeħova, bl-attività tiegħek;Minħabba xogħol idejk jien ngħajjat bil-ferħ.+
5 Kemm huma kbar l-għemejjel tiegħek, O Ġeħova!+Profondi ferm huma ħsibijietek.+
6 Ebda bniedem bla raġuni ma jistaʼ jkun jafhom,+U l-ebda stupidu ma jistaʼ jifhem dan.+
7 Meta n-nies mill-agħar jinbtu bħall-ħaxix+U dawk kollha li jipprattikaw il-ħsara jiffjorixxu,Dan ikun biex jinqerdu għal dejjem.+
8 Imma int fl-għoli għal dejjem, O Ġeħova.+
9 Għax, ara, l-għedewwa tiegħek, O Ġeħova,+Għax, ara, l-għedewwa tiegħek se jgħibu;+Dawk kollha li jipprattikaw il-ħsara se jinfirdu minn xulxin.+
10 Imma int se tgħolli l-qarn* tiegħi bħal dak taʼ barri salvaġġ;+Se nindilek b’żejt frisk.+
11 U għajnejja se jħarsu rebbiħin lejn l-għedewwa tiegħi;+Widnejja se jisimgħu dwar dawk li jqumu kontrija, dawk li jagħmlu l-ħażen.
12 Il-ġust se jiffjorixxi bħas-siġra tal-palm;+Se jikber bħaċ-ċedru fil-Libanu.+
13 Dawk li huma mħawlin fid-dar taʼ Ġeħova,+Fil-btieħi t’Alla tagħna,+ se jiffjorixxu.
14 Huma jibqgħu sejrin tajjeb anki meta xagħarhom isir griż,+Jibqgħu mimlijin ħajja u jħaddru,+
15 Biex jgħidu li Ġeħova hu rett.+Hu l-Blata tiegħi,+ li fih m’hemm ebda inġustizzja.+
Noti taʼ taħt
^ Is-Sabat kien minn inżul ix-xemx tal-Ġimgħa sa nżul ix-xemx tas-Sibt. Ara Eżo 16:23, in-nota taʼ taħt.
^ Tip taʼ strument tal-korda.

