Salmi 110:1-7

Taʼ David. Melodija. 110  Din hi l-​kelma taʼ Ġeħova lill-​Mulej tiegħi:+“Oqgħod bil-​qiegħda fuq il-​lemin tiegħi+Sakemm inqiegħed l-​għedewwa tiegħek bħala banketta għal saqajk.”+  2  Ġeħova se jibgħat ix-​xettru+ qawwi tiegħek minn Sijon,+ u jgħid:“Mur rażżan f’nofs l-​għedewwa tiegħek.”+  3  Niesek+ se joffru lilhom infushom minn rajhom+ f’jum il-​qawwa militari tiegħek.+Imżejjen bil-​qdusija,+ minn ġuf iż-​żerniq,Int għandek truppi taʼ żgħażagħ bħall-​qtar tan-​nida.+  4  Ġeħova ħalef+ (u ma jiddispjaċihx):+“Int qassis għal dejjem*+Bl-​istess mod taʼ Melkisedek!”+  5  Ġeħova fuq il-​lemin tiegħek+Żgur se jkisser lis-​slaten f’jum ir-​rabja tiegħu.+  6  Se jwettaq il-​ġudizzju fost il-​ġnus,+U jimliehom bl-​iġsma mejtin.+Żgur ikisser lill-​kap taʼ pajjiż mimli nies.+  7  Mill-wied* fi triqtu se jixrob.+Għalhekk se jgħolli rasu ’l fuq.+

Noti taʼ taħt

^ Letteralment, “għal żmien indefinit.” Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.
^ Ara Ġen 26:17, in-​nota taʼ taħt.