Salmi 7:1-17
Għanja taʼ niket li David kanta lil Ġeħova minħabba kliem Kus il-Benjamini.
7 O Ġeħova Alla tiegħi,+ jien fik stkennejt.+Salvani minn dawk kollha li jippersegwitawni u eħlisni,+
2 Sabiex ħadd ma jqattagħli ruħi biċċiet bħalma jagħmel iljun,+Jaħtafni meta ma jkun hemm ħadd biex jeħlisni.+
3 O Ġeħova Alla tiegħi, jekk għamilt xi ħaġa ħażina,+Jekk hemm xi inġustizzja f’idejja,+
4 Jekk raddejt il-ħażin lil min ippremjani,+Jew jekk irrovinajt lil xi ħadd li ħadha kontrija imma ma rnexxiex,+
5 Ħa jiġri warajja+ l-għaduU ħa jaqbadni u jgħaffiġni* maʼ l-artU jitfaʼ l-glorja tiegħi fit-trab. Sela.
6 Qum, O Ġeħova, fir-rabja tiegħek;+Qum kontra l-għedewwa tiegħi li jisfogaw il-korla tagħhom kontrija,+U ieqaf għalija,+ ladarba int ordnajt li ssir il-ġustizzja.+
7 Ħa ddur madwarek il-ġemgħa tal-ġnus,U int erġaʼ lura fl-għoli u ħudha kontriha.
8 Ġeħova se jaqtaʼ s-sentenza fuq il-popli.+Iġġudikani, O Ġeħova, skond is-sewwa tiegħi+U skond l-integrità+ li għandi fija.
9 Jekk jogħġbok, ħa jintemm il-ħażen tal-ħżiena,+U waqqaf fis-sod lill-ġust;+Alla li hu ġust+ qed jeżamina l-qalb+ u l-kliewi.+
10 It-tarka tiegħi qiegħda f’idejn Alla,+ Salvatur taʼ dawk li huma retti f’qalbhom.+
11 Alla huwa Mħallef ġust,+U Alla jlissen b’qawwa kundanni kuljum.
12 Jekk bniedem ma jdurx lura mill-ħażen tiegħu,+ Hu jsinn sejfu,+Jilwi l-qaws tiegħu, u jħejjih biex jispara.+
13 U jħejji l-armi tal-mewt;+Il-vleġeġ tiegħu jagħmilhom tan-nar.+
14 Ara! Hemm wieħed li tqal bil-ħsara,+U nissel l-inkwiet u se jiled il-qerq.+
15 Għamel ħofra, u qagħad iħaffirha;+Imma hu stess se jaqaʼ fit-toqba li għamel.+
16 L-inkwiet tiegħu se jerġaʼ lura fuq rasu,+U fuq il-qorriegħa taʼ rasu se tinżel il-vjolenza tiegħu.+
17 Se nfaħħar lil Ġeħova għas-sewwa tiegħu,+U ngħanni lil isem+ Ġeħova l-Iktar Għoli.+
Noti taʼ taħt
^ Letteralment, “jgħaffiġli ħajti.”

