Salmi 22:1-31
Lid-direttur. Fuq iċ-Ċerva taż-Żerniq. Melodija taʼ David.
22 Alla tiegħi, Alla tiegħi, għala tlaqtni?+Għala qiegħed ’il bogħod milli ssalvani,+Milli tismaʼ kliem il-krib tiegħi?+
2 O Alla tiegħi, bi nhar il-ħin kollu nsejjaħlek, u int ma twiġibx;+Bil-lejl ukoll, u ma niskotx min-naħa tiegħi.+
3 Imma int qaddis,+Int tgħammar qalb it-tifħir taʼ Israel.+
4 Fik fdaw missirijietna;+Fdaw, u int bqajt teħlishom.+
5 Lilek għajtu,+ u ħarbu salvati;+Fik fdaw, u ma kellhomx għalxiex jistħu.+
6 Imma jien dudu,+ mhux raġel,Għajb f’għajnejn il-bnedmin u disprezzat min-nies.+
7 Dawk kollha li qed jarawni jiddieħqu bija;+Huma jibqgħu jiftħu ħalqhom beraħ, jibqgħu jxenglu rashom+ u jgħidu:
8 “Intreħa f’idejn Ġeħova.+ Ħa jsalvah Hu!+Ħa jeħilsu hu, ladarba tgħaxxaq bih!”+
9 Għax kont int li ħriġtni miż-żaqq,+Li nissilt fija l-fiduċja meta kont maʼ sider ommi.+
10 F’idejk kont merħi sa mill-ġuf;+Sa minn żaqq ommi int kont Alla tiegħi.+
11 Iżżommx ’il bogħod minni, għax in-niket qiegħed qrib,+Għax m’għandi lil ħadd ħliefek biex jgħinni.+
12 Dawruni ħafna barrin żgħar;+Il-barrin setgħanin tal-Basan daru miegħi.+
13 Kixfu snienhom għalija,+Bħal iljun jgħajjat li jqattaʼ biċċiet il-priża tiegħu.+
14 Jien ġejt imsawwab bħall-ilma,+U kull għadma li għandi nqalgħet minn maʼ l-oħra.+Qalbi saret bħax-xamaʼ;+Qed iddub fil-fond tal-ġewwieni tiegħi.+
15 Saħħti nixfitli bħal biċċa fuħħar,+U lsieni weħilli mas-saqaf taʼ ħalqi;+Fit-trab tal-mewt qegħedtni.+
16 Għax il-klieb dawruni;+Il-ġemgħa taʼ dawk li jagħmlu l-ħażen rassitni.+Qed jigdmuli idejja u saqajja+ bħal iljun.
17 Nistaʼ ngħodd għadmi kollu.+Huma jħarsu u jiċċassaw lejja.+
18 Iqassmu ħwejġi bejniethom,+U l-ilbies tiegħi jtellgħuh bix-xorti.+
19 Imma int, O Ġeħova, toqgħodx ’il bogħod.+O saħħa tiegħi,+ fittex għinni.+
20 Eħlisli ruħi mis-sejf,+L-unika waħda li għandi eħlisli minn id il-kelb;+
21 Salvani minn ħalq l-iljun;+Wiġibni u salvani mill-qrun tal-barrin salvaġġi.+
22 Se nxandar ismek+ lil ħuti;+F’nofs il-kongregazzjoni se nfaħħrek.+
23 Intom li għandkom il-biżaʼ taʼ Ġeħova, faħħruh!+Intom ilkoll minn nisel Ġakobb, igglorifikawh!+U ibżgħu minnu, intom ilkoll minn nisel Israel.+
24 Għax hu la ddisprezza+U lanqas stmerr is-sofferenza taʼ min qed isofri;+U ma ħebiex wiċċu minnu,+U meta dan sejjaħlu għall-għajnuna semgħu.+
25 Għal dak li għamilt se nfaħħrek fil-kongregazzjoni l-kbira;+Il-wegħdi tiegħi se rroddhom quddiem dawk li jibżgħu minnu.+
26 Il-ġwejdin se jieklu u jixbgħu;+Dawk li qed ifittxuh se jfaħħru lil Ġeħova.+Jalla qlubkom jgħixu għal dejjem.+
27 It-truf kollha taʼ l-art se jiftakru f’Ġeħova u jduru lejh.+U l-familji kollha tal-ġnus se jmilu quddiemek.+
28 Għax is-saltna hi taʼ Ġeħova,+U hu qed jiddomina lill-ġnus.+
29 L-għonja* kollha taʼ l-art se jieklu u jmilu;+Quddiemu dawk kollha li neżlin fit-trab se jitbaxxew,+U ħadd qatt ma se jżomm lil ruħu stess ħajja.+
30 Se jkun hemm nisel li jaqdih;+Se tintgħamel dikjarazzjoni dwar Ġeħova lill-ġenerazzjoni li jmiss.+
31 Huma se jiġu u jgħidu dwar is-sewwa tiegħu+Lill-poplu li għad irid jitwieled, u jgħidu li hu għamel dan.+
Noti taʼ taħt
^ Letteralment, “Il-ħoxnin.”

