Salmi 62:1-12

Lid-​direttur taʼ Ġedutun.* Melodija taʼ David. 62  Ruħi tistenna fis-​skiet lil Alla.+Mingħandu ġejja s-​salvazzjoni tiegħi.+  2  Iva, hu l-​blata u s-​salvazzjoni tiegħi, il-​post fl-​għoli tiegħi taʼ sigurtà;+M’iniex se nogħtor għalkollox.+  3  Kemm se ddumu tipprovaw toqtlu lil dak li tobogħdu?+Ilkoll kemm intom bħal ħajt immejjel, ħajt tal-​ġebel li qed jiżżaqqaq.+  4  Huma jagħtu pariri li jħajru lil dak li jkun u mbagħad iwaqqgħulu d-​dinjità tiegħu;+Dawn jieħdu gost b’gidba.+B’fommhom ibierku, imma fihom infushom jgħidu affarijiet ħżiena.+ Sela.  5  Iva, stenna lil Alla fis-​skiet, O ruħi,+Għax minnu ġejja t-​tama tiegħi.+  6  Iva, hu l-​blata u s-​salvazzjoni tiegħi, il-​post fl-​għoli tiegħi taʼ sigurtà;+M’iniex se nogħtor.+  7  Fuq Alla nistrieħ għas-​salvazzjoni u l-​glorja tiegħi.+Il-​blata b’saħħitha tiegħi, il-​kenn tiegħi f’Alla.+  8  Afda fih dejjem, O poplu.+Ferrgħu qalbkom quddiemu.+Alla hu kenn għalina.+ Sela.  9  Iva, ulied il-​bniedem huma bħal nifs,+Ulied il-​bnedmin huma gidba.+Meta jitqiegħdu fil-​miżien, kollha flimkien huma eħfef minn nifs.+ 10  Tafdawx fil-​frodi,+U tkunux fiergħa u tafdaw fis-​serq.+Jekk il-​mezzi t’għajxien tagħkom jiżdidulkom, torbtux qalbkom magħhom.+ 11  Darba tkellem Alla, u darbtejn smajtu dan,+Li l-​qawwa hi t’Alla.+ 12  U tiegħek ukoll hi l-​qalb tajba bl-​imħabba, O Ġeħova,+Għax int tħallas lura lil kull wieħed skond għemilu.+

Noti taʼ taħt

^ Ara Sa 39:Sopr, in-​nota taʼ taħt.