Salmi 27:1-14
Taʼ David.
27 Ġeħova hu d-dawl tiegħi+ u s-salvazzjoni tiegħi.+Minn min se nibżaʼ?+Ġeħova hu l-fortizza taʼ ħajti.+Minn min se nitkexkex?+
2 Meta dawk li jagħmlu l-ħażen resqu kontrija biex jikluli laħmi,+Billi kienu l-avversarji u l-għedewwa tiegħi,+Huma tfixklu u waqgħu.+
3 Għalkemm armata tistaʼ tikkampja kontrija,+Qalbi ma tibżax.+Anki jekk tqum gwerra kontrija,+Xorta se nafda fih.+
4 Ħaġa waħda tlabt mingħand Ġeħova+—Lilha se nfittex,+Li ngħammar fid-dar taʼ Ġeħova l-jiem kollha taʼ ħajti,+Biex nara s-sbuħija taʼ Ġeħova+U biex inħares b’apprezzament lejn it-tempju tiegħu.+
5 Għax hu se jaħbini fil-moħba tiegħu f’jum il-gwaj;+Se jostorni fil-post sigriet tat-tinda tiegħu;+Fl-għoli fuq blata se jqegħedni.+
6 U issa rasi se tintrefaʼ fuq l-għedewwa kollha tiegħi li hemm madwari;+U fit-tinda tiegħu se nissagrifika sagrifiċċji t’għajat mimli ferħ;+Se nkanta u ngħanni lil Ġeħova.+
7 Ismaʼ leħni, O Ġeħova, meta nsejjaħlek,+Ħenn għalija u wiġibni.+
8 Qalbi qalet, “Int ikkmandajtna: ‘Fittxu lil wiċċi.’”+Lil wiċċek, O Ġeħova, se nfittex.+
9 Taħbix wiċċek minni.+Fir-rabja twarrabx lill-qaddej tiegħek.+Kun l-għajnuna tiegħi.+Tabbandunanix u titlaqnix, O Alla tas-salvazzjoni tiegħi.+
10 Kieku missieri u ommi stess jitilquni,+Ġeħova jilqagħni għandu.+
11 Istruwini, O Ġeħova, dwar triqtek,+U mexxini fil-mogħdija retta minħabba l-għedewwa tiegħi.
12 Titlaqnix għax-xewqa taʼ l-avversarji tiegħi;+Għax qamu kontrija xhieda foloz,+U min ifajjar kliem vjolenti.+
13 Kieku ma kellix fidi li nara t-tjubija taʼ Ġeħova fl-art tal-ħajjin+—!
14 Ittama f’Ġeħova;+ kun kuraġġuż u qawwi qalbek.+Iva, ittama f’Ġeħova.+

