Salmi 45:1-17
Lid-direttur. Fuq Il-Ġilji. Taʼ wlied Koraħ. Maskil.*Għanja tan-nisa maħbubin.
45 Qalbi tqanqlet b’ħaġa tajba.+Qed ngħid: “Xogħlijieti huma dwar sultan.”+Jalla lsieni jkun bħall-pinna+ taʼ kopista tas-sengħa.+
2 Int tassew isbaħ minn ulied il-bnedmin.+Il-ġmiel tferraʼ fuq xofftejk.+Għalhekk bierkek Alla għal dejjem.+
3 Ħażżem sejfek+ fuq ġenbek, O setgħan,+Flimkien mad-dinjità u l-glorja tiegħek.+
4 U fil-glorja tiegħek mur u rnexxi;+Irkeb għall-kawża tal-verità, l-umiltà, u s-sewwa,+U idek il-leminija tistruwik dwar affarijiet li jqanqlu l-biżaʼ.+
5 Il-vleġeġ misnunin tiegħek se jidħlu f’qalb l-għedewwa tas-sultan;+Taħtek jaqgħu l-popli.+
6 Alla hu t-tron tiegħek għal żmien indefinit, iva, għal dejjem;+Ix-xettru taʼ saltnatek hu xettru rett.+
7 Int tħobb il-ġustizzja+ u tobgħod il-ħażen.+Huwa għalhekk li Alla, Alla tiegħek,+ dilkek+ biż-żejt tal-ferħ+ iktar minn sħabek.+
8 Ħwejġek kollha mirra u sabbara u kassja;+Mill-palazz grandjuż taʼ l-avorju,+ l-istrumenti tal-korda jferrħuk.
9 Il-bniet+ tas-slaten huma fost in-nisa prezzjużi tiegħek.Mart is-sultan+ qagħdet fuq lemintek liebsa d-deheb t’Ofir.+
10 Ismaʼ, O bint, u ara, u mejjel widintek;U insa lil niesek u ’l dar missierek.+
11 Is-sultan jixxennaq għal sbuħitek,+Għax hu sidek,+Mela mil quddiemu.+
12 Bint Tir ukoll ġiet b’għotja;+L-għonja tal-poplu se jfittxu l-approvazzjoni tiegħek.+
13 Bint is-sultan glorjuża ferm fid-dar;+Ħwejjiġha rrakkmati bid-deheb.
14 Bi lbies minsuġ se tinġieb għand is-sultan.+It-tfajliet verġni, sħabha, li qed jakkumpanjawha, jiddaħħlu għandek.+
15 Se jinġiebu bl-hena u bil-ferħ;Jidħlu fil-palazz tas-sultan.
16 Flok missirijietek+ se jkun hemm uliedek,+Li int se taħtarhom bħala prinċpijiet fl-art kollha.+
17 Se nsemmi ismek tul il-ġenerazzjonijiet kollha li ġejjin.+Għalhekk ifaħħruk il-popli għal żmien indefinit, iva, għal dejjem.
Noti taʼ taħt
^ Ara Sa 32:Sopr, in-nota taʼ taħt.

