Salmi 106:1-48
106 Faħħru lil Jah!+Irringrazzjaw lil Ġeħova, għax hu tajjeb;+Għax il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu hi għal dejjem.+
2 Min jistaʼ jsemmi l-għemejjel setgħanin taʼ Ġeħova+Jew jagħtih it-tifħir kollu li ħaqqu?+
3 Henjin dawk li jħarsu l-ġustizzja,+Li jagħmlu s-sewwa l-ħin kollu.+
4 Ftakar fija, O Ġeħova, bir-rieda tajba li turi mal-poplu tiegħek.+Ħu ħsiebi u salvani,+
5 Biex inkun nistaʼ nara tjubitek mal-magħżulin tiegħek,+Biex inkun nistaʼ nifraħ bil-ferħ tal-ġens tiegħek+U niftaħar maʼ wirtek.+
6 Aħna dnibna bħal missirijietna;+Żbaljajna; aġixxejna bil-ħażen.+
7 U missirijietna fl-Eġittu,Ma kellhomx id-dehen biex jagħrfu l-għemejjel tiegħek taʼ l-għaġeb.+Ma ftakrux fl-abbundanza u l-kobor tal-qalb tajba bl-imħabba tiegħek,+Imma aġixxew b’mod ribelluż ħdejn il-baħar, ħdejn il-Baħar l-Aħmar.+
8 U hu salvahom minħabba ismu,+Sabiex jgħarraf setegħtu.+
9 Għaldaqstant, ċanfar il-Baħar l-Aħmar, u dan nixef bil-mod il-mod;+U mexxiehom mill-ilmijiet fondi bħallikieku mix-xagħri;+
10 B’hekk salvahom minn id dak li kien jobgħodhom+U ħadhom lura minn id l-għadu.+
11 U l-ilmijiet għattew lill-avversarji tagħhom;+Lanqas wieħed minnhom ma baqaʼ.+
12 Imbagħad poġġew il-fidi f’kelmtu;+Bdew ikantawlu t-tifħir.+
13 Iżda malajr insew x’kien għamel;+Ma stennewx il-parir tiegħu.+
14 Imma wrew ix-xewqa egoistika tagħhom fix-xagħri+U pprovaw lil Alla fid-deżert.+
15 U hu tahom dak li riedu+U bagħat fuqhom* marda li herriethom.+
16 U fil-kamp bdew jgħiru għal Mosè,+U anki għal Aron il-qaddis taʼ Ġeħova.+
17 L-art imbagħad infetħet u belgħet lil Datan,+U radmet lill-ġemgħa t’Abiram.+
18 U qabad nar fost il-ġemgħa tagħhom;+Fjamma belgħet lill-ħżiena.+
19 Iktar minn hekk, għamlu għoġol fil-Ħoreb+U mielu quddiem xbieha magħmula minn metall imdewweb,+
20 U b’hekk bidlu l-glorja tiegħi+Maʼ rappreżentazzjoni taʼ barri, li jiekol il-ħaxix.+
21 Insewh lil Alla s-Salvatur tagħhom,+Li għamel affarijiet kbar fl-Eġittu,+
22 Għemejjel taʼ l-għaġeb fil-pajjiż taʼ Ħam,+Affarijiet li jqanqlu l-biżaʼ ħdejn il-Baħar l-Aħmar.+
23 U kien wasal biex jgħid li se jeqridhom għalkollox,+Li kieku ma kienx għal Mosè l-magħżul tiegħu,Li daħal għalihom quddiemu,+Biex ireġġaʼ lura l-korla tiegħu u ma jagħmilhomx ħerba.+
24 U huma waslu biex jiddisprezzaw l-art sabiħa;+Ma kellhom ebda fidi fil-kelma tiegħu.+
25 U qagħdu jgergru fit-tined tagħhom;+Ma semgħux minn leħen Ġeħova.+
26 Għalhekk, hu għolla idu u ħalef dwarhom,+Li kien se jeqridhom fix-xagħri,+
27 U li kien se jeqred lil nisilhom fost il-ġnus+U jxerridhom fost il-pajjiżi.+
28 U bdew jintrabtu maʼ Bagħal taʼ Pegħor+U jieklu s-sagrifiċċji offruti lil affarijiet bla ħajja.+
29 Talli kienu qed joffenduh bl-aġir tagħhom,+Faqqaʼ flaġell fosthom.+
30 Imma meta Fineħas qam u ndaħal,+Il-flaġell waqaf.
31 U dan ngħaddlu bħala ġustizzjaMinn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni u għal żmien indefinit.+
32 Barra minn hekk, huma qanqlu r-rabja ħdejn l-ilmijiet taʼ Meriba,+U b’hekk ħabatlu ħażin lil Mosè minħabba fihom.+
33 Għax huma mlewlu l-ispirtu tiegħu bl-imrarU beda jitkellem bla ħsieb b’xofftejh.+
34 Ma qerdux il-popli għalkollox,+Kif kien qalilhom Ġeħova.+
35 Iżda tħalltu mal-ġnus+U bdew jitgħallmu mill-imġiba tagħhom.+
36 U qdew lill-idoli tagħhom,+U dawn saru nassa għalihom.+
37 U kienu jissagrifikaw lil uliedhom subien+U bniet lid-demonji.+
38 B’hekk baqgħu jxerrdu demm innoċenti,+Id-demm taʼ wliedhom subien u bniet,Li ssagrifikawhom lill-idoli taʼ Kangħan;+U l-art tniġġset bit-tixrid taʼ demm.+
39 U ma baqgħux nodfa minħabba l-għemejjel tagħhom+U ħadu sehem fl-immoralità b’azzjonijiethom.+
40 U r-rabja taʼ Ġeħova xegħlet kontra l-poplu tiegħu,+U beda jistkerrah lil wirtu.+
41 U darba wara l-oħra tahom f’idejn il-ġnus,+Biex dawk li jobogħduhom jaħkmu fuqhom,+
42 U biex l-għedewwa tagħhom jaħqruhom,U biex jitrażżnu taħt idejhom.+
43 Bosta drabi kien jeħlishom,+Imma huma kienu jaġixxu b’mod ribelluż fit-triq diżubbidjenti tagħhom,+U kienu jiġu umiljati għall-iżball tagħhom.+
44 Hu kien jara n-niket tagħhom+Meta kien jismagħhom jgħajtu bil-ħrara.+
45 U kien jiftakar fil-patt tiegħu dwarhom+U jiddispjaċih skond l-abbundanza u l-kobor tal-qalb tajba bl-imħabba tiegħu.+
46 U kien iħallihom isibu ħnienaF’għajnejn dawk kollha li kienu jżommuhom fil-jasar.+
47 Salvana, O Ġeħova Alla tagħna,+U iġborna flimkien minn fost il-ġnus+Biex irroddu ħajr lil ismek qaddis,+Biex nitkellmu bil-ferħ waqt li nfaħħruk.+
48 Ikun imbierek Ġeħova l-Alla taʼ Israel+Minn dejjem għal dejjem;U n-nies kollha jridu jgħidu Amen.+Faħħru lil Jah!+
Noti taʼ taħt
^ Letteralment, “f’ruħhom.”

