Salmi 144:1-15
Taʼ David.
144 Ikun imbierek Ġeħova l-Blata tiegħi,+Li qed iħarriġli idejja għall-ġlied,+Lil subgħajja għall-gwerra;
2 Il-qalb tajba bl-imħabba tiegħi u l-fortizza tiegħi,+Il-post fl-għoli tiegħi taʼ sigurtà u Dak li jħarrabni,+It-tarka+ tiegħi u Dak li fih stkennejt,+Dak li qed irażżan lil popli taħti.+
3 O Ġeħova, x’inhu l-bniedem biex tinnotah,+Bin il-bniedem mortali+ biex tagħti kasu?
4 Il-bniedem jixbah lil nifs,+Jiemu huma bħal dell li qed jgħaddi.+
5 O Ġeħova, baxxi s-smewwiet tiegħek ħa tinżel;+Miss il-muntanji ħa jdaħħnu.+
6 Agħmel il-beraq ħa xxerred l-għedewwa;+Spara l-vleġeġ tiegħek ħa titfagħhom f’konfużjoni.+
7 Oħroġ idejk mill-għoli;+Eħlisni u salvani mill-ħafna ilmijiet,+Minn id il-barranin,+
8 Li fommhom qal dak li mhux veru+U li leminthom hi l-leminija tal-qerq.+
9 O Alla, għanja ġdida nkantalek.+Fuq strument b’għaxar kordi ngħannilek,+
10 Int li tagħti s-salvazzjoni lis-slaten,+Li teħles lil David il-qaddej tiegħek mis-sejf li jagħmel il-ħsara.+
11 Eħlisni u salvani minn id il-barranin,+Li fommhom qal dak li mhux veru+U li leminthom hi l-leminija tal-qerq,+
12 Li jgħidu: “Uliedna s-subien huma bħal pjanti żgħar li kibru għalkollox f’żgħożithom,+Uliedna l-bniet bħal kantunieri minquxin bi stil taʼ palazz,
13 L-imħażen tagħna mimlijin, u jagħtu prodotti taʼ kull xorta,+L-imrieħel tagħna qed joktru fit-toroq tagħna bl-eluf, għaxart elef għal kull waħda,
14 Il-baqar tagħna tqal, mingħajr ebda ftuq u korriment,+U m’hemmx għajat taʼ biki fil-pjazez tagħna.+
15 Hieni l-poplu li għandu dan!”Hieni l-poplu li Alla tiegħu hu Ġeħova!+

