Salmi 52:1-9

Lid-​direttur. Maskil.* Taʼ David. Meta Duweg l-​Edomi ġie u kellem lil Sawl u qallu li David kien mar id-​dar t’Aħimelek.+ 52  Għala tiftaħar b’dak li hu ħażin, O setgħan?+Il-​qalb tajba bl-​imħabba t’Alla tintwera l-​jum kollu.+  2  Ilsienek ifassal l-​għawġ, jaqtaʼ daqs mus,+U jaħdem bil-​qerq.+  3  Int ħabbejt il-​ħażin iktar mit-​tajjeb,+Il-​gideb iktar mis-​sewwa.+ Sela.  4  Int ħabbejt il-​kliem kollu taʼ ħsara,+O lsien qarrieq.+  5  Imma Alla se jġarrfek għal dejjem;+Se jitfgħek maʼ l-​art u jaħtfek mit-​tinda tiegħek,+U jaqilgħek mill-​art tal-​ħajjin.+ Sela.  6  U n-​nies sewwa se jaraw dan u jibżgħu,+U minħabba fih se jidħqu.+  7  Raġel b’saħħtu bħal dan ma jagħmilx lil Alla l-​fortizza tiegħu,+Imma jafda fl-​abbundanza tar-​rikkezzi tiegħu,+U jistkenn fl-​għawġ li jikkaġuna hu stess.+  8  Imma jien se nkun bħal siġra taż-​żebbuġ+ li tħaddar fid-​dar t’Alla;Jien nafda fil-​qalb tajba bl-​imħabba t’Alla għal żmien indefinit, iva, għal dejjem.+  9  Jien se nfaħħrek għal dejjem, għax int ħadt azzjoni;+U f’ismek nittama quddiem dawk leali lejk, għax dan hu tajjeb.+

Noti taʼ taħt

^ Ara Sa 32:Sopr, in-​nota taʼ taħt.