Salmi 37:1-40
Taʼ David.
א [Alef]
37 Titbaqbaqx minħabba dawk li jagħmlu l-ħażen.+Tgħirx għal dawk li jagħmlu l-inġustizzja.+
2 Għax bħall-ħaxix jidbielu bil-ħeffa,+U bħall-ħaxix ġdid u aħdar se jinxfu.+
ב [Bet]
3 Afda f’Ġeħova u agħmel it-tajjeb;+Għammar fl-art, u aġixxi bil-fedeltà.+
4 Barra minn hekk, tgħaxxaq b’Ġeħova bil-kbir,+U hu jagħtik dak li tixtieq qalbek.+
ג [Gimel]
5 Erħi triqtek f’idejn Ġeħova,+Strieħ fuqu,+ u hu jaġixxi.+
6 Hu se joħroġ is-sewwa tiegħek bħad-dawl,+U l-ġustizzja tiegħek bħal nofsinhar.+
ד [Dalet]
7 Ibqaʼ sieket quddiem Ġeħova+U stennieh bil-ħerqa.+Titbaqbaqx għal xi ħadd li jirnexxi fi triqtu,+Għall-bniedem li qed iwettaq l-ideat tiegħu.+
ה [Ħe]
8 Itlaq ir-rabja u ħalli d-dagħdigħa;+Titbaqbaqx, u b’hekk tagħmel il-ħażen.+
9 Għax dawk li jagħmlu l-ħażen se jitqaċċtu ’l barra,+Imma dawk li jittamaw f’Ġeħova se jirtu l-art.+
ו [Waw]
10 Ftit ieħor biss, u l-ħażin ma jkunx iktar;+U int tħares bir-reqqa fejn kien, u ma jkunx hemm.+
11 Imma l-ġwejdin se jirtu l-art,+U bi sliem kotran jitgħaxxqu ferm.+
ז [Żajin]
12 Il-ħażin qed jikkonfoffa kontra l-ġust,+U qed jgħażżaż snienu għalih.+
13 Imma Ġeħova nnifsu jidħaq bih,+U jara li jasal il-jum tiegħu.+
ח [Ħet]
14 Il-ħżiena siltu s-sejf u lwew il-qaws tagħhom,+Biex iwaqqgħu lill-magħkus u lill-fqir,+Biex ibiċċru lil dawk li huma retti fi triqithom.+
15 Sejfhom jidħol f’qalbhom stess,+U l-qaws tagħhom jitkisser.+
ט [Tet]
16 Aħjar il-ftit tal-ġust+Mill-abbundanza tal-ħżiena li huma kotrana.+
17 Għax dirgħajn il-ħżiena se jiġu miksurin,+Imma Ġeħova jwieżen lill-ġusti.+
י [Jod]
18 Ġeħova attent għal dawk li ħajjithom hi bla nuqqas,+U wirthom se jibqaʼ għal dejjem.+
19 M’humiex se jistħu fi żmien il-gwaj,+U fi żmien il-ġuħ se jkunu mxebbgħin.+
כ [Kaf]
20 Għax il-ħżiena se jgħibu,+U l-għedewwa taʼ Ġeħova se jkunu bħall-aħjar partijiet tal-mergħat;Iridu jiġu fi tmiemhom.+ Se jispiċċaw duħħan.+
ל [Lamed]
21 Il-ħażin jissellef u ma jħallasx lura,+Imma l-ġust juri ħniena u jagħti għotjiet.+
22 Għax dawk li jitbierku minnu se jirtu l-art,+Imma dawk li fuqhom ilissen is-saħta se jitqaċċtu ’l barra.+
מ [Mem]
23 Ġeħova jissoda l-passi taʼ raġel b’saħħtu,+U Hu jitgħaxxaq bi triqtu.+
24 Għalkemm forsi jaqaʼ, ma jispiċċax mixħut maʼ l-art,+Għax Ġeħova qed iżommlu idu.+
נ [Nun]
25 Kont żagħżugħ, u issa xjaħt,+U madankollu qatt ma rajt lil xi ħadd ġust abbandunat għalkollox,+Lanqas lil uliedu jfittxu l-ħobż.+
26 Il-jum kollu juri ħniena u jislef,+U għalhekk hemm barka tistenna lil uliedu.+
ס [Samek]
27 Tbiegħed mill-ħażen u agħmel it-tajjeb+Biex tibqaʼ tgħammar għal dejjem.+
28 Għax Ġeħova jħobb il-ġustizzja,+U lil-leali tiegħu ma jitlaqhomx.+
ע [Għajn]Għal dejjem se jkunu mħarsin;+Imma wlied il-ħżiena jitqaċċtu ’l barra.+
29 Il-ġusti se jirtu l-art,+U jgħammru fiha għal dejjem.+
פ [Pe]
30 Fomm il-ġust ilissen l-għerf minn taħt l-ilsien,+U lsienu jitkellem b’mod xieraq.+
31 Il-liġi t’Alla tiegħu qiegħda f’qalbu;+Saqajh m’humiex se jċedu.+
צ [Sade]
32 Il-ħażin qiegħed għassa għall-ġust+U qed jipprova joqtlu.+
33 Imma Ġeħova ma jitilqux f’idejh,+U ma jqisux ħati meta jkun qed jiġi ġudikat.+
ק [Kof]
34 Ittama f’Ġeħova u żomm triqtu,+U hu jeżaltak biex tieħu l-art.+Meta l-ħżiena jitqaċċtu, int se tarah dan.+
ר [Rex]
35 Jien rajt lill-ħażin jimxi b’tirannija+U jinfirex bħal siġra tħaddar li qatt ma nqalgħet mill-ħamrija tagħha.+
36 U madankollu hu għadda, u ma baqax hemm;+U jien bqajt infittxu, u ma sibtux.+
ש [Xin]
37 Osserva lil dak li hu bla ħtija u żomm lir-rett quddiem għajnejk,+Għax il-futur taʼ dak il-bniedem se jkun mimli paċi.+
38 Imma dawk li jiksru l-liġi se jinqerdu lkoll;+Il-futur tan-nies mill-agħar se jispiċċa.+
ת [Taw]
39 Is-salvazzjoni tal-ġusti tiġi minn Ġeħova;+Hu l-fortizza tagħhom fi żmien taʼ niket.+
40 U Ġeħova se jgħinhom u jħarrabhom.+Iħarrabhom mill-ħżiena u jsalvahom,+Għax huma stkennew fih.+

