Salmi 126:1-6

Għanja tat-​Tlajjaʼ. 126  Meta Ġeħova ġabar lura lill-​imjassrin taʼ Sijon,+Aħna sirna qisna wħud qed joħolmu.+  2  F’dak iż-​żmien fommna mtela bid-​daħq,+U lsienna b’għajat ferrieħi.+F’dak iż-​żmien qalu fost il-​ġnus:+“Ġeħova għamel ħaġa kbira f’dak li għamel magħhom.”+  3  Ġeħova għamel ħaġa kbira f’dak li għamel magħna.+Aħna fraħna.+  4  O Ġeħova, iġbor lura lill-​ġemgħa tagħna taʼ lsiera,+Bħan-​nixxigħat fin-​Negeb.+  5  Dawk li jiżirgħu ż-​żerriegħa bid-​dmugħ+Se jaħsdu b’għajat ferrieħi.+  6  Dak li joħroġ, saħansitra bil-​biki,+U jieħu miegħu borża mimlija żrieragħ,+Żgur jidħol b’għajat ferrieħi,+U jġib miegħu l-​qatet tiegħu.+

Noti taʼ taħt