Salmi 36:1-12

Lid-​direttur. Taʼ David, il-​qaddej taʼ Ġeħova. 36  Id-dnub ikellem lill-​bniedem mill-​agħar f’qalbu;+Dan m’għandux il-​biżaʼ t’Alla quddiem għajnejh.+  2  Għax l-​opinjoni li għandu tiegħu nnifsu hi mqarrqa+U ma jistax jinduna bl-​iżball tiegħu sabiex jobogħdu.+  3  Kliem fommu mimli ħsara u qerq;+M’għadx għandu d-​dehen biex jagħmel it-​tajjeb.+  4  Fuq soddtu dejjem jippjana kif jagħmel il-​ħsara.+Imur fi triq li mhix tajba.+Dak li huwa ħażin ma jwarrbux.+  5  O Ġeħova, il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek hi fis-​smewwiet;+Il-​fedeltà tiegħek m’ogħla s-​sħab.+  6  Is-sewwa tiegħek hu bħall-​muntanji tiegħek, O Alla;+Id-​deċiżjoni ġudizzjarja tiegħek hija bħal ilma fond ħafna.+Int issalva lill-​bniedem u l-​bhima, O Ġeħova.+  7  Kemm hi prezzjuża l-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek, O Alla!+U fid-​dell taʼ ġwinħajk jistkennu wlied il-​bnedmin.+  8  Huma jixorbu sa ma jixbgħu mill-​abbundanza taʼ darek;+U mill-​gliegel tal-​pjaċiri tiegħek tagħtihom jixorbu.+  9  Għax għandek hemm is-​sors tal-​ħajja;+Bid-​dawl mingħandek nistgħu naraw id-​dawl.+ 10  Kompli uri l-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek lil dawk li jafuk,+U s-​sewwa tiegħek lil dawk li huma retti f’qalbhom.+ 11  Tħallix sieq is-​supperv tiġi għalija;+U tħallix id in-​nies mill-​agħar iġġegħelni niġġerra ’l hemm u ’l hawn.+ 12  Ara fejn waqgħu dawk li jipprattikaw il-​ħsara;+Ġew mgħaddsin ’l isfel u ma kellhomx il-​ħila jqumu.+

Noti taʼ taħt