Salmi 40:1-17
Lid-direttur. Taʼ David, melodija.
40 Jien ittamajt f’Ġeħova bis-serjetà,+U għalhekk hu mejjel widintu lejja u semaʼ l-għajta tiegħi għall-għajnuna.+
2 Ħariġni wkoll minn ħofra b’ilmijiet iħabbtu,+Mit-tajn fond tal-qiegħ.+Imbagħad tellagħli saqajja fuq blata;+Waqqaf il-passi tiegħi fis-sod.+
3 Iktar minn hekk, qegħedli għanja ġdida fuq fommi,Tifħir lil Alla tagħna.+Ħafna se jaraw dan u jibżgħu,+U jafdaw f’Ġeħova.+
4 Hieni r-raġel b’saħħtu li għamel lil Ġeħova l-fiduċja tiegħu+U li ma tax wiċċ lil nies li jisfidaw,U lanqas lil dawk li jaqgħu għall-gideb.+
5 Int għamilt ħafna affarijiet,+Iva, għemejjel taʼ l-għaġeb, O Ġeħova Alla tiegħi, u ħsibijietek huma dwarna;+Ħadd ma jistaʼ jitqabbel miegħek.+Kieku kelli ngħid u nitkellem dwarhom,Kienu jkunu ferm iżjed milli nistaʼ nsemmi.+
6 Sagrifiċċju u offerta int ma tgħaxxaqtx bihom;+Int ftaħtli widnejja.+Offerta tal-ħruq u offerta għad-dnub int ma tlabtx.+
7 Għalhekk, jien għedt: “Hawn jien, ġejt,+Kif hemm miktub dwari fir-romblu tal-ktieb.+
8 Jien tgħaxxaqt nagħmel ir-rieda tiegħek, O Alla tiegħi,+U l-liġi tiegħek qiegħda fil-ġewwieni tiegħi.+
9 Jien għedt l-aħbar tajba tas-sewwa fil-kongregazzjoni l-kbira.+Ara! Xofftejja ma rrażżanhomx.+O Ġeħova, int tafu tajjeb dan.+
10 Is-sewwa tiegħek jien ma ħbejtux ġo qalbi.+Il-fedeltà tiegħek u s-salvazzjoni tiegħek xandarthom.+Ma ħbejtx il-qalb tajba bl-imħabba tiegħek u l-verità tiegħek quddiem il-kongregazzjoni l-kbira.”+
11 Int, O Ġeħova, toqgħodx lura milli titħassarni.+Ħa jħarsuni l-ħin kollu l-qalb tajba bl-imħabba tiegħek u l-verità tiegħek.+
12 Għax il-gwajijiet dawruni sakemm ma kinux jingħaddu iktar.+Ħakmuni iktar żbalji milli stajt ninduna bihom;+Kotru iktar mix-xagħar taʼ rasi,+U qtajt qalbi.+
13 Ħa jogħġbok, O Ġeħova, li teħlisni.+O Ġeħova, fittex għinni.+
14 Jalla jistħu u jħossuhom avviliti dawk kollha+Li qed jipprovaw jeqirduli ħajti.+Ħa jduru lura u jiġu umiljati dawk li qed jitgħaxxqu bil-gwaj tiegħi.+
15 Ħa jistagħġbu u jiċċassaw minħabba l-mistħija tagħhom+Dawk li qed jgħiduli: “Ħaħ! Ħaħ!”+
16 Ħa jifirħu u jithennew bik,+Dawk kollha li qed ifittxuk.+Ħa jgħidu l-ħin kollu: “Jalla Ġeħova jkun imfaħħar bil-kbir,”+Dawk li jħobbu s-salvazzjoni li tiġi mingħandek.+
17 Imma jien qed insofri u fqir.+Ġeħova jagħti kasi.+Int l-għajnuna tiegħi u Dak li jħarrabni.+O Alla tiegħi, iddumx.+

