Salmi 51:1-19
Lid-direttur. Melodija taʼ David. Meta l-profeta Natan daħal għandu wara li kellu x’jaqsam maʼ Bat-seba.+
51 Ħenn għalija, O Alla, skond il-qalb tajba bl-imħabba tiegħek.+Skond l-abbundanza tal-ħniniet tiegħek ħassar għalkollox in-nuqqasijiet tiegħi.+
2 Aħsilni sew mill-iżball tiegħi,+U naddafni minn dnubi.+
3 Għax jien naf in-nuqqasijiet tiegħi,+U dnubi quddiemi l-ħin kollu.+
4 Kontrik u kontrik biss dnibt jien,+U dak li hu ħażin f’għajnejk għamilt;+B’hekk jintwera li int ġust meta titkellem,+U bla tebgħa meta tiġġudika.+
5 Ara! Fl-iżball jien twilidt bl-uġigħ tal-ħlas,+U ommi nisslitni bid-dnub.+
6 Ara! Int tgħaxxaqt bil-verità fil-qalb;+Għinni biex fil-bniedem li jien minn ġewwa nkun naf x’inhu l-għerf.+
7 Ippurifikani mid-dnub biż-żuf, biex inkun nadif;+Aħsilni, biex nibjad iktar mis-silġ.*+
8 Ħallini nismaʼ ferħ kbir u hena,+Biex l-għadam li farraktli jkun jistaʼ jifraħ.+
9 Aħbi wiċċek minn dnubieti,+U ħassarli l-iżbalji kollha tiegħi.+
10 Oħloq fija qalb pura, O Alla,+U poġġi ġewwa fija spirtu ġdid, wieħed sod.+
11 Twarrabnix minn quddiem wiċċek;+U l-ispirtu qaddis tiegħek tneħħihx minn fuqi.+
12 Erġaʼ agħtini l-ferħ tas-salvazzjoni tiegħek,+Qajjem fija x-xewqa li nobdik.+
13 Lil dawk li jiksru l-liġi se ngħallimhom triqatek,+Biex il-midinbin ikunu jistgħu jduru lura lejk.+
14 Eħlisni mill-ħtija tad-demm,+ O Alla, l-Alla tas-salvazzjoni tiegħi,+Biex ilsieni jkun jistaʼ jgħid bil-ferħ dwar is-sewwa tiegħek.+
15 O Ġeħova, jalla tiftaħli xofftejja,+Biex fommi jkun jistaʼ jxandar tifħirek.+
16 Għax int ma titgħaxxaqx bis-sagrifiċċju—kieku kont nagħtih;+Offerta sħiħa tal-ħruq ma tiħux gost biha.+
17 Is-sagrifiċċji li jaċċetta Alla huma spirtu miksur;+Qalb maqsuma u mgħaffġa, O Alla, int ma tistmerrhiex.+
18 Bir-rieda tajba tiegħek imxi tajjeb maʼ Sijon;+Ibni l-ħitan taʼ Ġerusalemm.+
19 Imbagħad int titgħaxxaq b’sagrifiċċji tas-sewwa,+B’sagrifiċċji tal-ħruq u offerti sħaħ;+Imbagħad il-barrin se jiġu offruti fuq l-artal tiegħek.+
Noti taʼ taħt
^ Letteralment, “borra.”

