Salmi 68:1-35
Lid-direttur. Taʼ David. Melodija, għanja.
68 Ħa jqum Alla,+ ħa jixterdu l-għedewwa tiegħu,+U dawk li tant jobogħduh jaħarbu minħabba fih.+
2 Bħalma jittajjar id-duħħan, hekk tajjarhom;+Bħalma x-xamaʼ ddub minħabba n-nar,+Hekk ħa jgħibu l-ħżiena minn quddiem Alla.+
3 Imma ħa jithennew il-ġusti,+Ħa jifirħu quddiem Alla,+U jtiru bil-ferħ.+
4 Kantaw lil Alla, għannu lil ismu;+Kantaw lil Dak li għaddej riekeb minn ġol-pjanuri tad-deżert+Bħala Jah,* li hu ismu;+ u għajtu bil-ferħ quddiemu.
5 Missier għat-tifel bla missier u mħallef għall-armla+Hu Alla fil-post qaddis fejn jgħammar.+
6 Lil dawk mitluqin għalihom waħedhom, Alla tahom dar fejn jgħammru;+Qed joħroġ lill-priġunieri u jgħinhom jirnexxu.+Madankollu, dawk taʼ rashom iebsa jkollhom jgħammru f’art niexfa.+
7 O Alla, meta mexxejt lill-poplu tiegħek,+Meta mxejt fid-deżert+—Sela—
8 L-art triegħdet,+Is-sema wkoll qattar minħabba Alla;+Is-Sinaj triegħdet minħabba Alla,+ l-Alla taʼ Israel.+
9 Int niżżilt ħalba xita qawwija, O Alla;+Meta wirtek għeja—int saħħaħtu mill-ġdid.+
10 Huma għammru fil-kamp tiegħek+ tat-tined+Li bi tjubitek int ħejjejtu għall-magħkus, O Alla.+
11 Ġeħova joħroġ il-kelma;+In-nisa li qed ixandru l-aħbar tajba huma armata kbira.+
12 Anki s-slaten taʼ l-armati jaħarbu, iva, jaħarbu.+U dik li toqgħod id-dar tieħu sehem mill-priża.+
13 Għalkemm kellkom timteddu bejn il-gzuz taʼ l-irmied,Se jkollkom il-ġwienaħ taʼ ħamiema miksijin bil-fiddaU rixha miksi b’deheb aħdar safrani.+
14 Meta Dak li Jistaʼ Kollox xerred lis-slaten barra l-pajjiż,+Bdiet nieżla l-borra fiż-Żalmon.+
15 Ir-reġjun muntanjuż tal-Basan+ hu l-muntanja t’Alla;+Ir-reġjun muntanjuż tal-Basan hu muntanja b’ħafna qċaċet.+
16 O muntanji b’ħafna qċaċet, għala tibqgħu tħarsu b’għiraLejn il-muntanja li Alla xtaq jgħammar fiha?+Iva, Ġeħova nnifsu se jgħammar hemm għal dejjem.+
17 Il-karrijiet tal-gwerra t’Alla huma bl-għaxriet t’eluf, eluf fuq eluf.+Ġeħova ġie mis-Sinaj fil-post qaddis.+
18 Int tlajt fl-għoli;+Ħadt miegħek lill-imjassrin;+Ħadt irġiel bħala għotjiet,+Iva, anki lil dawk taʼ rashom iebsa,+ biex tgħammar fosthom,+ O Alla Jah.
19 Ikun imbierek Ġeħova, li kuljum iġorr it-tagħbija għalina,+L-Alla l-veru tas-salvazzjoni tagħna.+ Sela.
20 L-Alla l-veru hu Alla li jsalvana;+U minn Ġeħova l-Mulej Sovran+ hu l-ħruġ mill-mewt.+
21 Iva, Alla se jfarrak ras l-għedewwa tiegħu,+Il-qorriegħa bix-xagħar taʼ kulmin qed jimxi fi ħtijietu.+
22 Ġeħova qal: “Mill-Basan se nġibhom lura,+Se nġibhom lura minn qiegħ il-baħar,+
23 Sabiex taħsel saqajk fid-demm,+Biex ilsien il-klieb tiegħek jieħu sehmu mill-għedewwa.”+
24 Huma raw il-parata tiegħek, O Alla,+Il-parati taʼ l-Alla tiegħi, is-Sultan tiegħi, għal ġol-post qaddis.+
25 L-għannejja mxew fuq quddiem, u warajhom id-daqqaqa taʼ l-istrumenti tal-korda;+Bejniethom kien hemm it-tfajliet idoqqu t-tanburlini.+
26 Fi qtajjaʼ miġburin bierku lil Alla,+Lil Ġeħova, O intom li ġejjin mis-Sors taʼ Israel.+
27 Hemm iċ-ċkejken Benjamin li qed irażżanhom,+Il-prinċpijiet taʼ Ġuda bil-folla tgħajjat tagħhom,Il-prinċpijiet taʼ Żebulun, il-prinċpijiet taʼ Naftali.+
28 Alla tiegħek ikkmanda li tingħata s-saħħa.+Uri s-saħħa, O Alla, int li aġixxejt għalina.+
29 Minħabba t-tempju tiegħek f’Ġerusalemm,+Is-slaten se jġibulek l-għotjiet.+
30 Ċanfar lill-bhima salvaġġa li tgħix qalb il-qasab,+ il-merħla tal-barrin,+Flimkien maʼ l-għoġiela tal-popli, li kull wieħed minnhom jgħaffeġ fuq il-biċċiet tal-fidda.+Hu xerred lill-popli li jitgħaxxqu bil-ġlied.+
31 Affarijiet tal-bronż se joħorġu mill-Eġittu;+Kus malajr se jiftaħ idejh b’għotjiet lil Alla.+
32 O intom saltniet taʼ l-art, kantaw lil Alla,+Għannu lil Ġeħova—Sela—
33 Lil Dak li riekeb fuq is-sema tas-smewwiet tal-qedem.+Ara! Hu jsemmaʼ leħnu, leħen qawwi.+
34 Irrikonoxxu s-saħħa t’Alla.+Fuq Israel qiegħda l-ħakma tiegħu, u s-saħħa tiegħu qiegħda fis-sħab.+
35 Alla jqanqal il-biżaʼ mis-santwarju grandjuż tiegħu.+Hu l-Alla taʼ Israel, li jagħti s-saħħa, iva, is-setgħa lill-poplu.+Ikun imbierek Alla.+

