Salmi 111:1-10
111 Faħħru lil Jah!+
א [Alef]Jien se nfaħħar lil Ġeħova b’qalbi kollha+
ב [Bet]Fil-ġemgħa tal-ħbieb+ retti u fl-assemblea.+
ג [Gimel]
2 L-għemejjel taʼ Ġeħova huma kbar,+
ד [Dalet]U dawk kollha li jitgħaxxqu bihom jgħarbluhom.+
ה [Ħe]
3 L-attività tiegħu+ mimlija dinjità u glorja,+
ו [Waw]U s-sewwa tiegħu jibqaʼ għal dejjem.+
ז [Żajin]
4 Hu waqqaf tifkira bl-għemejjel tiegħu taʼ l-għaġeb.+
ח [Ħet]Ġeħova grazzjuż u ħanin.+
ט [Tet]
5 Ta l-ikel lil dawk li jibżgħu minnu.+
י [Jod]Għal żmien indefinit se jibqaʼ jiftakar fil-patt tiegħu.+
כ [Kaf]
6 Hu wera l-qawwa tiegħu lil niesu b’dak li għamel,+
ל [Lamed]Billi tahom il-wirt tal-ġnus.+
מ [Mem]
7 Għemil idejh hu veru u ġust;+
נ [Nun]Taʼ min jafdahom huma l-ordnijiet kollha li jagħti,+
ס [Samek]
8 Miżmumin sew għal dejjem, għal żmien indefinit,+
ע [Għajn]Magħmulin bil-verità u b’mod rett.+
פ [Pe]
9 Hu bagħat il-ħelsien lill-poplu tiegħu.+
צ [Sade]Hu kkmanda li l-patt tiegħu jibqaʼ għal żmien indefinit.+
ק [Kof]Ismu qaddis u jqanqal il-biżaʼ.+
ר [Rex]
10 Il-biżaʼ taʼ Ġeħova hu l-bidu taʼ l-għerf.+
ש [Sin]Dawk kollha li jwettqu ordnijietu għandhom dehen kbir.+
ת [Taw]Tifħiru jibqaʼ għal dejjem.+

