Salmi 30:1-12
Melodija. Għanja taʼ l-inawgurazzjoni tad-dar.+ Taʼ David.
30 Jien se neżaltak, O Ġeħova, għax int erfajtni+U ma ħallejtx lill-għedewwa tiegħi jifirħu minħabba fija.+
2 O Ġeħova Alla tiegħi, jien għajjatlek għall-għajnuna, u int fejjaqtni.+
3 O Ġeħova, int tellajtli ruħi mill-Qabar;*+Żammejtni ħaj, biex ma ninżilx fil-ħofra.+
4 Għannu lil Ġeħova, O intom il-leali tiegħu,+Roddu ħajr lit-tifkira qaddisa tiegħu;+
5 Għax ir-rabja tiegħu hi għal mument,+Imma l-approvazzjoni tiegħu għal għomor sħiħ.+Fil-għaxija għandu mnejn ikun hemm il-biki,+ imma fil-għodu għajta taʼ ferħ.+
6 Min-naħa tiegħi, jien għedt meta kelli moħħi mistrieħ:+“Qatt ma se nitħarrek.”+
7 O Ġeħova, peress li tapprovani int waqqaft il-muntanja tiegħi fis-saħħa.+Int ħbejt wiċċek; jien tħawwadt.+
8 Lilek, O Ġeħova, bqajt insejjaħ;+U lil Ġeħova bqajt nitolbu bil-ħrara biex iħenn għalija.+
9 Xi qligħ hemm f’demmi meta ninżel fil-ħofra?+Jaqaw it-trab se jfaħħrek?+ Se jitkellem dwar il-verità tiegħek?+
10 Ismaʼ, O Ġeħova, u ħenn għalija.+O Ġeħova, kun l-għajnuna tiegħi.+
11 Int biddiltli n-niket tiegħi fi żfin;+Int neħħejtli l-ilbies taʼ l-ixkora, u żżommni mħażżem bil-ferħ,+
12 Sabiex kulma hu glorjuż fija jkun jistaʼ jgħannilek u ma jibqax sieket.+O Ġeħova Alla tiegħi se nfaħħrek għal dejjem.+
Noti taʼ taħt
^ Bl-Ebrajk, “Xeol.”

