Salmi 12:1-8
Lid-direttur. Fuq l-ottava taʼ taħt.+ Melodija taʼ David.
12 Salvani,+ O Ġeħova, għax il-leali ntemmew;+Għax in-nies taʼ fedeltà għabu minn fost ulied il-bnedmin.
2 Dak li m’huwiex verità jitkellmu bejniethom;+B’xofftejn mellisin+ jitkellmu, iva, b’żewġt iqlub.+
3 Ġeħova se jeqred ix-xofftejn mellisin kollha,L-ilsien li jitkellem ħwejjeġ taʼ kburija,+
4 Dawk li qalu: “Bi lsienna nirnexxu.+Nużaw xofftejna kif irridu. Min hu sidna?”
5 “Talli lill-magħkusin ħarbtuhom, talli l-foqra jitniehdu,+F’dan iż-żmien inqum,” jgħid Ġeħova.+“Inqegħedhom fis-sigurtà, ’il bogħod minn kulmin jiddieħaq bihom.”+
6 Kliem Ġeħova hu kliem pur,+Bħal fidda rfinuta ġo forn* fl-art, imsoffija sebaʼ darbiet.
7 Int innifsek, O Ġeħova, se tħarishom;+Għal żmien indefinit, se tipproteġi lil kull wieħed minnhom minn din il-ġenerazzjoni.
8 In-nies mill-agħar jimxu kullimkien,Għax il-viltà hi glorifikata fost ulied il-bnedmin.+
Noti taʼ taħt
^ Dan jirreferi għal forn li jdewweb il-metall. Possibbilment, “daħla.”

