Salmi 132:1-18

Għanja tat-​Tlajjaʼ. 132  Ftakar, O Ġeħova, f’David+U l-​umiljazzjonijiet kollha tiegħu;+  2  Kif ħalef lil Ġeħova,+Kif għamel wegħda lill-​Alla l-​Qawwi+ taʼ Ġakobb:+  3  “Ma nidħolx fit-​tinda taʼ dari.+Ma nitlax fuq il-​friex taʼ soddti,+  4  Ma nħallix lil għajnejja jaraw irqad,+Lanqas lil xfar għajnejja jaqbadhom in-​ngħas,+  5  Sakemm insib post għal Ġeħova,+Tinda grandjuża għall-​Alla l-​Qawwi taʼ Ġakobb.”+  6  Ara! Smajna b’dan f’Efrata,+Sibnieh fil-​foresta.+  7  Ejjew nidħlu fit-​tinda grandjuża tiegħu;+Ħa mmilu ħdejn il-​banketta għal saqajh.+  8  Qum, O Ġeħova, u mur lejn il-​post taʼ mistrieħ tiegħek,+Int u l-​Arka+ tas-​saħħa tiegħek.+  9  Ħa jitlibbsu bis-​sewwa l-​qassisin tiegħek,+U ħa jgħajtu bil-​ferħ dawk leali lejk.+ 10  Minħabba David il-​qaddej tiegħek,+Tirrifjutax wiċċ il-​midluk tiegħek.+ 11  Ġeħova għamel ħalfa lil David,+Żgur ma jerġax lura minnha:+“Wieħed imnissel minnek*+Inqiegħed fuq it-​tron tiegħek.+ 12  Jekk uliedek iħarsu l-​patt tiegħi+U t-​tfakkiriet tiegħi li se ngħallimhom,+Uliedhom ukollJoqogħdu għal dejjem+ fuq it-​tron tiegħek.”+ 13  Għax Ġeħova għażel lil Sijon;+Ixxennaq għaliha bħala post fejn jgħammar:+ 14  “Dan hu l-​post taʼ mistrieħ tiegħi għal dejjem;+Hawnhekk ngħammar, għax ixxennaqt għalih.+ 15  Il-provvisti tagħha bla dubju se nberikhom.+Lill-​foqra tagħha nxebbagħhom bil-​ħobż.+ 16  Lill-qassisin tagħha llibbishom bis-​salvazzjoni;+U dawk leali fiha bla dubju se jgħajtu bil-​ferħ. 17  Hemmhekk inqajjem il-​qarn* taʼ David.+Ħejjejt musbieħ għall-​midluk tiegħi.+ 18  Lill-għedewwa tiegħu llibbishom l-​għajb;+Imma fuqu tiffjorixxi d-​dijadema+ tiegħu.”+

Noti taʼ taħt

^ Letteralment, “minn frott żaqqek.”
^ Ara l-​1Sa 2:1, in-​nota taʼ taħt.