Salmi 25:1-22
Taʼ David.
א [Alef]
25 Lilek, O Ġeħova, nitlob u noffri ruħi.+
ב [Bet]
2 O Alla tiegħi, fik poġġejt il-fiduċja tiegħi;+Jalla ma jkollix għalxiex nistħi.Jalla l-għedewwa tiegħi ma jifirħux minħabba fija.+
ג [Gimel]
3 Iva, ħadd minn dawk li jittamaw fik ma jistħi.+Se jistħu dawk li qed jaġixxu bi tradiment imma mingħajr suċċess.+
ד [Dalet]
4 Għarrafni triqatek, O Ġeħova;+Għallimni mogħdijietek.+
ה [Ħe]
5 Mexxini fil-verità tiegħek u għallimni,+Għax int Alla tas-salvazzjoni tiegħi.+
ו [Waw]Fik ittamajt il-jum kollu.+
ז [Żajin]
6 Ftakar fil-ħniniet tiegħek,+ O Ġeħova, u fl-atti tiegħek taʼ qalb tajba bl-imħabba,+Għax ilek turihom minn dejjem.*+
ח [Ħet]
7 Id-dnubiet taʼ żgħożiti u l-irvellijiet tiegħi tiftakarhomx.+Ftakarni skond il-qalb tajba bl-imħabba tiegħek,+Minħabba tjubitek, O Ġeħova.+
ט [Tet]
8 Tajjeb u rett hu Ġeħova.+Għalhekk lill-midinbin jistruwihom fit-triq it-tajba.+
י [Jod]
9 Hu se jmexxi lill-ġwejdin fid-deċiżjoni ġudizzjarja tiegħu,+U se jgħallem lill-ġwejdin dwar triqtu.+
כ [Kaf]
10 Il-mogħdijiet kollha taʼ Ġeħova huma qalb tajba bl-imħabba u veritàGħal dawk li josservaw il-patt+ u t-tfakkiriet tiegħu.+
ל [Lamed]
11 Minħabba ismek, O Ġeħova,+Aħfirli wkoll l-iżball tiegħi, għalkemm hu kbir.+
מ [Mem]
12 Issa, min hu l-bniedem li jibżaʼ minn Ġeħova?+Hu jistruwih fit-triq li jagħżel.+
נ [Nun]
13 Hu jgħammar fit-tjubija,+U wliedu jieħdu l-art.+
ס [Samek]
14 L-intimità maʼ Ġeħova hi taʼ dawk li jibżgħu minnu.+Tagħhom ukoll hu l-patt tiegħu sabiex jgħarrafhulhom.+
ע [Għajn]
15 Għajnejja mitfugħin fuq Ġeħova l-ħin kollu,+Għax hu joħroġli saqajja mix-xibka.+
פ [Pe]
16 Dawwar wiċċek lejja, u ħenn għalija;+Għax jien ninsab waħdi u qed insofri.+
צ [Sade]
17 In-niket taʼ qalbi żdied bil-bosta;+O eħlisni mill-pressjonijiet tiegħi.+
ר [Rex]
18 Ara s-sofferenza u l-inkwiet tiegħi,+U aħfirli dnubieti kollha.+
19 Ara kemm kotru l-għedewwa tiegħi;+Huma bagħduni b’mibegħda vjolenti.+
ש [Xin]
20 Ħarisli ruħi u eħlisni.+Jalla ma jkollix għalxiex nistħi, għax stkennejt fik.+
ת [Taw]
21 Ħa jħarsuni l-integrità u l-onestà,+Għax jien ittamajt fik.+
22 O Alla, ifdi lil Israel min-niket kollu tiegħu.+
Noti taʼ taħt
^ Jew, “sa minn żmien indefinit.”

