Salmi 19:1-14
Lid-direttur. Melodija taʼ David.
19 Is-smewwiet jiddikjaraw il-glorja t’Alla;+U dwar xogħol idejh titkellem il-firxa tas-sema.+
2 Jum wara jum jitkellem,+U lejl wara lejl iwassal l-għarfien.+
3 M’hemmx diskors, u m’hemmx kliem;Leħinhom ma jinstemax.+
4 Imma l-ħabel tagħhom tal-kejl infirex maʼ l-art kollha,+U kliemhom wasal sa tarf l-art abitata.+Fihom hu waqqaf għarix għax-xemx,+
5 Li qisha għarus meta jkun ħiereġ mill-kamra tiegħu;+Qisha raġel setgħan li jieħu pjaċir jiġri f’mogħdija.+
6 Toħroġ minn tarf wieħed tas-smewwiet,U tispiċċa d-dawra tagħha fit-trufijiet l-oħrajn tagħhom;+U xejn m’hu moħbi mis-sħana tagħha.+
7 Il-liġi+ taʼ Ġeħova perfetta,+ u sserraħ* ir-ruħ.+It-tfakkira+ taʼ Ġeħova taʼ min jafdaha,+ u tagħti l-għerf lil min hu bla esperjenza.+
8 L-ordnijiet+ mingħand Ġeħova retti,+ u jferrħu l-qalb;+Il-kmandament+ taʼ Ġeħova nadif,+ u jdawwal l-għajnejn.+
9 Il-biżaʼ+ taʼ Ġeħova pur, u jibqaʼ għal dejjem.Id-deċiżjonijiet ġudizzjarji+ taʼ Ġeħova veri;+ huma kollha ġusti.+
10 Huma iktar taʼ min jixtieqhom mid-deheb, iva, minn ħafna deheb irfinut;+U iktar ħelu mill-għasel,+ mill-għasel li jnixxi mix-xehda.+
11 Il-qaddej tiegħek ġie mwissi bihom;+Min iħarishom jiġi premjat bil-kbir.+
12 Min jistaʼ jagħraf l-iżbalji tiegħu?+Aħfirli għad-dnubiet li għamilt bla ma naf.*+
13 Żomm ukoll lura lill-qaddej tiegħek minn atti prużuntużi;+Tħallihomx jiddominawni.+F’dak il-każ inkun bla ħtija,*+U nkun bqajt innoċenti minn ħafna nuqqasijiet.
14 Ħa jkunu kliem fommi u l-meditazzjoni taʼ qalbi+Pjaċevoli quddiemek, O Ġeħova, il-Blata tiegħi+ u l-Feddej tiegħi.+
Noti taʼ taħt
^ Letteralment, “iġġib lura.”
^ Letteralment, “għad-dnubiet misturin.”
^ Letteralment, “komplut.”

