Salmi 141:1-10
Melodija taʼ David.
141 O Ġeħova, jien sejjaħtlek.+Fittex ejja.+Agħti widen għal leħni meta nsejjaħlek.+
2 Jalla t-talba tiegħi tkun imħejjija bħall-inċens+ quddiemek;+Meta nitlob b’idejja mgħollijin ikun bħall-offerta tal-qmuħ taʼ fil-għaxija.+
3 Agħmilli għassies maʼ fommi,+ O Ġeħova;Poġġili għassa mal-bieb taʼ xofftejja.+
4 Tmejjillix qalbi lejn xi ħaġa ħażina,+U b’hekk inwettaq bil-ħażen għemejjel mistkerrhin+Maʼ bnedmin li qed jipprattikaw il-ħsara,+Biex ma nikolx mill-ikel delizzjuż tagħhom.+
5 Jekk il-ġust isawwatni, dan ikun att taʼ qalb tajba bl-imħabba;+U jekk iwiddibni, ikun żejt fuq ir-ras,+Li rasi ma tkunx trid tirrifjutah.+Għax nibqaʼ nitlob għalihom meta jsibu ruħhom fil-gwaj.+
6 L-imħallfin tagħhom ġew mitfugħin għal isfel mill-ġenb tal-blat,+Imma huma semgħu dak li għedt jien, u għoġobhom.+
7 Bħall-biċċiet li jtiru maʼ l-art meta wieħed jaqsam u jifraq l-injam,Hekk ixxerred għadamna ħdejn ħalq il-Qabar.*+
8 Madankollu, għajnejja mitfugħin fuqek,+ O Ġeħova l-Mulej Sovran.+Fik stkennejt.+Issawwablix ruħi sal-mewt.+
9 Ħarisni mill-qabda tan-nasba li qegħduli+U min-nases taʼ dawk li jipprattikaw il-ħsara.+
10 In-nies mill-agħar se jaqgħu fix-xbieki tagħhom stess ilkoll flimkien,+Waqt li jien, min-naħa tiegħi, nibqaʼ għaddej.
Noti taʼ taħt
^ Bl-Ebrajk, “Xeol.”

