Salmi 85:1-13

Għad-​direttur. Taʼ wlied Koraħ. Melodija. 85  Int ħadt gost, O Ġeħova, bl-​art tiegħek;+Ġibt lura lil ulied Ġakobb li ttieħdu fil-​jasar.+  2  Ħfirt l-​iżball tal-​poplu tiegħek;+Għattejt id-​dnub kollu tagħhom.+ Sela.  3  Int ikkontrollajt il-​qilla kollha tiegħek;+Erġajt lura mis-​saħna tar-​rabja tiegħek.+  4  Iġborna lura, O Alla tas-​salvazzjoni tagħna,+U tibqax irrabjat għalina.+  5  Se tibqaʼ mgħaddab magħna għal dejjem?+Se tibqaʼ r-​rabja tiegħek minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni?+  6  M’intix se terġaʼ tagħtina l-​ħajja,+Sabiex il-​poplu tiegħek ikun jistaʼ jifraħ minħabba fik?+  7  Urina, O Ġeħova, il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek,+U agħtina s-​salvazzjoni tiegħek.+  8  Jien se nismaʼ dak li se jgħid l-​Alla l-​veru Ġeħova,+Għax hu se jitkellem dwar il-​paċi man-​nies tiegħu+ u maʼ dawk leali lejh,Imma ħa ma jerġgħux jibdew jafdaw fihom infushom.+  9  Żgur li s-​salvazzjoni tiegħu hi fil-​qrib għal dawk li jibżgħu minnu,+Biex il-​glorja tgħammar f’artna.+ 10  Il-qalb tajba bl-​imħabba u l-​verità, dawn iltaqgħu flimkien;+Is-​sewwa u l-​paċi—biesu lil xulxin.+ 11  Il-verità se tinbet mill-​art,+U s-​sewwa se jħares ’l isfel mis-​smewwiet.+ 12  Ukoll, Ġeħova, min-​naħa tiegħu, se jagħti dak li hu tajjeb,+U artna se trodd l-​uċuħ tagħha.+ 13  Il-ġustizzja se timxi quddiemu,+U tagħmel triq wara l-​passi tiegħu.+

Noti taʼ taħt