Salmi 53:1-6

Lid-​direttur. Fuq Maħalat.*+ Maskil.* Taʼ David. 53  Min hu bla sens qal f’qalbu:“M’hemmx Ġeħova.”+Huma aġixxew b’mod mill-​agħar u għamlu affarijiet mhux sewwa u mistkerrhin;+M’hemm ħadd li qed jagħmel it-​tajjeb.+   Alla ħares ’l isfel mis-​sema lejn ulied il-​bnedmin,+Biex jara jekk hemmx xi ħadd li għandu d-​dehen, xi ħadd li qed ifittex lil Ġeħova.+   Ilkoll daru lura, ilkoll kemm huma mħassrin;+M’hemm ħadd li qed jagħmel it-​tajjeb,+Lanqas wieħed li hu wieħed.   Fost dawk li jipprattikaw il-​ħsara, m’hemm ħadd li għandu l-​għarfien?+Għax jieklu lill-​poplu tiegħi qishom qed jieklu l-​ħobż.+Ma sejħux lil Ġeħova.+   Imbagħad imtlew b’biżaʼ kbir,+Fejn qabel ma kien hemm ebda biżaʼ;+Għax Alla żgur se jxerred l-​għadam taʼ kulmin jattakkak.+Int iġġegħelhom jistħu, għax Ġeħova rrifjutahom.+   O li kieku minn Sijon tiġi s-​salvazzjoni grandjuża taʼ Israel!+Meta Ġeħova jiġbor lura lill-​imjassrin tal-​poplu tiegħu,+Ħa jifraħ Ġakobb, ħa jithenna Israel.+

Noti taʼ taħt

Espressjoni Ebrajka. X’aktarx terminu mużikali, forsi wieħed taʼ natura teknika. Xi wħud jaħsbu li jirreferi għal melodija b’ton melankoniku taʼ dwejjaq.
Ara Sa 32:Sopr, in-​nota taʼ taħt.