Salmi 94:1-23
94 O Alla t’atti taʼ vendetta, Ġeħova,+O Alla t’atti taʼ vendetta, uri d-dija tiegħek!+
2 Qum, O Mħallef taʼ l-art.+Ħallas lis-suppervi.+
3 Kemm se jdumu l-ħżiena, O Ġeħova,+Kemm se jdumu l-ħżiena jifirħu?+
4 Jibqgħu jpaċpċu, jibqgħu jitkellmu bla rażan;+Dawk kollha li jipprattikaw il-ħsara joqogħdu jiftaħru bihom infushom.+
5 Lill-poplu tiegħek, O Ġeħova, jibqgħu jfarrkuh,+U lil wirtek jibqgħu jġegħluh isofri.+
6 Lill-armla u lir-resident barrani joqtluhom,+U lis-subien bla missier ineħħulhom ħajjithom.+
7 U jibqgħu jgħidu: “Jah ma jarax;+U l-Alla taʼ Ġakobb ma jindunax.”+
8 Ifhmu, intom li ma tirraġunawx;+U intom l-istupidi, meta se jkollkom id-dehen?+
9 Jaqaw Dak li għamel il-widna, ma jismax?+Jew Dak li fforma l-għajn, ma jarax?+
10 Jaqaw Dak li qed jikkoreġi lill-ġnus, ma jistax iwiddeb,+Iva, Dak li qed jgħallem l-għarfien lill-bnedmin?+
11 Ġeħova jaf il-ħsibijiet tal-bnedmin, li huma bħal nifs.+
12 Hieni r-raġel b’saħħtu li int tikkoreġih,+ O Jah,U li tgħallmu mil-liġi tiegħek stess,+
13 Biex tagħtih il-kwiet saħansitra f’jiem taʼ gwaj,+Sakemm titħaffer ħofra għall-ħażin.+
14 Għax Ġeħova mhux se jabbanduna lill-poplu tiegħu,+Lanqas ma se jitlaq lil wirtu stess.+
15 Għax id-deċiżjonijiet ġudizzjarji se jerġgħu lura għas-sewwa,+U dawk kollha retti f’qalbhom jimxu magħhom.
16 Min se jqum għalija kontra dawk li jagħmlu l-ħażen?+Min se jieqaf għalija kontra dawk li jipprattikaw il-ħsara?+
17 Kieku Ġeħova m’għennix,+Ruħi kienet tgħammar fis-skiet f’qasir żmien.+
18 Meta jien għedt: “Sieqi żgur mhix se timxi fis-sod,”+Il-qalb tajba bl-imħabba tiegħek, O Ġeħova, baqgħet twiżinni.+
19 Meta l-ħsibijiet li jinkwetawni żdiedu ġewwa fija,+Il-faraġ tiegħek beda jmellisli ruħi.+
20 Jistaʼ t-tron li jġib l-għawġ ikun imsieħeb miegħek+Waqt li jippjana l-inkwiet permezz taʼ digriet?+
21 Huma jattakkaw b’mod aħrax lil ruħ il-ġust+U lill-innoċenti+ jiddikjarawh bħala wieħed mill-agħar biex ikunu jistgħu jxerrdulu demmu.
22 Imma Ġeħova se jsir għalija post fl-għoli taʼ sigurtà,+U Alla tiegħi jkun il-blata tal-kenn tiegħi.+
23 Hu se jdawwar lura fuqhom l-uġigħ li kkaġunaw+U jsikkithom bil-gwaj tagħhom stess.+Ġeħova Alla tagħna se jsikkithom.+

