Salmi 80:1-19
Lid-direttur. Fuq Il-Ġilji.+ Tfakkira. T’Asaf.+ Melodija.
80 O Ragħaj taʼ Israel, agħti widen,+Int li qed tmexxi lil Ġużeppi bħal merħla.+O int li qiegħed bil-qiegħda fuq il-kerubini,+ uri d-dija tiegħek.+
2 Quddiem Efrajm u Benjamin u Manasse uri s-setgħa tiegħek,+U ejja salvana.+
3 O Alla, reġġagħna għal li konna;+U dawwal wiċċek, biex inkunu nistgħu nsalvaw.+
4 O Alla Ġeħova taʼ l-armati, kemm trid iddum inkorlat u ma tismax it-talb tal-poplu tiegħek?+
5 Int ġegħelthom jieklu l-ħobż tad-dmugħ,+U tibqaʼ ġġegħelhom jixorbu dmugħ fuq dmugħ fi kwantità kbira.+
6 Int tagħmilna l-kaġun tal-ġlied bejn il-ġirien tagħna,+U l-għedewwa tagħna joqogħdu jiddieħqu bina kif jogħġobhom.+
7 O Alla taʼ l-armati, reġġagħna għal li konna;+U dawwal wiċċek, biex inkunu nistgħu nsalvaw.+
8 Int ġegħelt dielja titlaq mill-Eġittu.+Keċċejt lill-ġnus, biex tħawwel lilha.+
9 Naddaftilha l-art,+ biex din tkun tistaʼ tqabbad l-għeruq u timla l-pajjiż.+
10 Il-muntanji tgħattew bid-dell tagħha,U ċ-ċedri t’Alla bil-friegħi tagħha.+
11 Bil-mod il-mod firxet il-friegħi tagħha sal-baħar,+U ż-żraġen tagħha sax-Xmara.*+
12 Għala ġarraftilha l-ħitan tal-ġebel?+U għalfejn kulmin kien għaddej minn ħdejha fit-triq qatgħalha l-frott?+
13 Ħanżir salvaġġ joħroġ mill-bosk u joqgħod igerrimha,+U l-qtajjaʼ taʼ l-annimali tar-rabaʼ jieklu minnha.+
14 O Alla taʼ l-armati, erġaʼ lura, jekk jogħġbok;+Ħares ’l isfel mis-sema, u ara u ħu ħsieb din id-dielja,+
15 U l-fergħa li ħawlet idek il-leminija,+U ħares lejn ir-rimja li int saħħaħt għalik innifsek.+
16 Ġiet maħruqa bin-nar, tqaċċtet.+Biċ-ċanfira taʼ wiċċek jgħibu.+
17 Ħa tkun idek fuq il-bniedem taʼ lemintek,+Fuq bin il-bnedmin li int saħħaħt għalik innifsek,+
18 U aħna m’aħniex se nduru lura minn miegħek.+Żommna ħajjin, sabiex inkunu nistgħu nsejħu ismek.+
19 O Alla Ġeħova taʼ l-armati, reġġagħna għal li konna;+Dawwal wiċċek, biex inkunu nistgħu nsalvaw.+
Noti taʼ taħt
^ Jiġifieri, l-Ewfrat.

