Salmi 122:1-9
Għanja tat-Tlajjaʼ. Taʼ David.
122 Fraħt meta qaluli:+“Ejja mmorru+ lejn id-dar taʼ Ġeħova.”+
2 Saqajna waqfu+Fil-bibien tiegħek, O Ġerusalemm.+
3 Ġerusalemm mibnija bħal belt+Magħquda ħaġa waħda,+
4 U li lejha telgħu t-tribujiet,+It-tribujiet taʼ Jah,+Skond it-tfakkira lil Israel,+Biex iroddu ħajr lil isem Ġeħova.+
5 Għax hemmhekk tqiegħdu t-tronijiet għall-ġudizzju,+Tronijiet għal dar David.+
6 Itolbu għall-paċi taʼ Ġerusalemm.+Dawk li jħobbuk, O belt, se jkunu ħelsin mill-inkwiet.+
7 Jalla l-paċi tkompli ġewwa l-ħitan b’saħħithom tiegħek,+Il-ħelsien mill-inkwiet ġewwa t-torrijiet mgħammrin tiegħek.+
8 Minħabba ħuti u sħabi issa se ngħid:+“Jalla jkun hemm il-paċi ġewwa fik.”+
9 Minħabba d-dar taʼ Ġeħova Alla tagħna+Jien se nibqaʼ nixtieqlek il-ġid.+

