Salmi 100:1-5
Melodija taʼ radd il-ħajr.+
100 Għajtu lil Ġeħova bil-ferħ għajat taʼ rebħa, nies kollha taʼ l-art.+
2 Aqdu lil Ġeħova bl-hena.+Idħlu quddiemu b’għajta ferriħija.+
3 Kunu afu li Ġeħova hu Alla.+Hu li għamilna, u mhux aħna nfusna.+Aħna l-poplu tiegħu u n-nagħaġ tal-mergħa tiegħu.+
4 Idħlu mill-bibien tiegħu b’radd il-ħajr,+Fil-btieħi tiegħu b’tifħir.+Irringrazzjawh, bierku lil ismu.+
5 Għax Ġeħova hu tajjeb;+Il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu hi għal dejjem,+U l-fedeltà tiegħu minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni.+

