Salmi 77:1-20
Lid-direttur. Fuq Ġedutun.* T’Asaf.+ Melodija.
77 B’leħni se ngħajjat lil Alla,+B’leħni ngħajjat lil Alla, u hu jagħtini widen.+
2 F’jum in-niket tiegħi fittixt lil Ġeħova.+Bil-lejl idi baqgħet maħruġa ’l barra lejk bla ma raqditli;Ruħi ma riditx titfarraġ.+
3 Se niftakar f’Alla u nħossni mħawwad;+Nikkunsidra l-affarijiet u l-ispirtu tiegħi jinfena.+ Sela.
4 Int żammejtli xfar għajnejja miftuħin;+Inħossni aġitat, u ma nistax nitkellem.+
5 Ħsibt dwar il-jiem taʼ żmien twil ilu,+Dwar is-snin taʼ l-imgħoddi.
6 Bil-lejl se niftakar fil-mużika tiegħi fuq il-kordi;+Se nikkunsidra l-affarijiet minn qalbi,+U l-ispirtu tiegħi jfittex bir-reqqa.
7 Se jibqaʼ Ġeħova jwarrabna għal dejjem,+U qatt iktar ma se jerġaʼ jkun kuntent bina?+
8 Il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu spiċċat għal dejjem?+Kliemu se jisfa fix-xejn+ minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni?
9 Nesa Alla juri qalb tajba?+Jew fir-rabja għalaq hu l-ħniniet tiegħu?+ Sela.
10 Għandi jien nibqaʼ ngħid: “Dan hu li jferini:+Li l-leminija taʼ l-Iktar Għoli m’għadhiex l-istess magħna”?+
11 Jien se niftakar dak li għamel Jah;+Iva, niftakar l-għemejjel meraviljużi tiegħek taʼ żmien twil ilu.+
12 U se nimmedita fuq l-attività tiegħek kollha,+U nikkunsidra għemilek.+
13 O Alla, triqtek hi fil-post qaddis.+Min hu Alla kbir bħal Alla?+
14 Int l-Alla l-veru, u tagħmel il-meravilji.+Int għarraft is-saħħa tiegħek lill-popli.+
15 Bi driegħek ħadt lura lill-poplu tiegħek,+Ulied Ġakobb u Ġużeppi. Sela.
16 L-ilmijiet rawk, O Alla,L-ilmijiet rawk; qabadhom uġigħ kbir.+U l-ilmijiet fondi tqallbu.+
17 Is-sħab riegħed u ferraʼ l-ilma;+Is-sema msaħħab karwat.U l-vleġeġ tiegħek marru ’l hemm u ’l hawn.+
18 Il-ħoss tar-ragħad tiegħek kien bħat-tkarwit tar-roti taʼ karru;+Is-sajjetti dawlu l-art;+L-art theżżet u bdiet titriegħed.+
19 Minn ġol-baħar għaddiet triqtek,+U l-mogħdija tiegħek kienet minn bejn l-ilmijiet;U l-passi tiegħek ma kinux jidhru.
20 Int mexxejt lill-poplu tiegħek bħal merħla,+Permezz taʼ id Mosè u Aron.+
Noti taʼ taħt
^ Ara Sa 39:Sopr, in-nota taʼ taħt.

