Salmi 41:1-13

Lid-​direttur. Melodija taʼ David. 41  Hieni min jaġixxi b’konsiderazzjoni mal-​batut;+Fi żmien il-​gwaj Ġeħova jeħilsu.+  2  Ġeħova nnifsu se jħarsu u jżommu ħaj.+Se jiġi dikjarat hieni fl-​art;+U ma jistax ikun li titilqu għax-​xewqa taʼ l-​għedewwa tiegħu.+  3  Ġeħova se jwieżnu fuq is-​sodda tal-​mard;+Int tibdillu friexu kollu matul il-​marda tiegħu.+  4  Min-naħa tiegħi, jien għedt: “O Ġeħova, ħenn għalija.+Fejjaqli ruħi, għax jien dnibt kontrik.”+  5  L-għedewwa tiegħi jgħidu affarijiet ħżiena dwari:+“Meta se jmut u ismu jgħib?”  6  U jekk xi ħadd jiġi jarani, f’qalbu ma jkunx qed jgħid il-​verità.+Hu jiġbor xi ħaġa taʼ ħsaraU mbagħad joħroġ; u meta jkun barra jitkellem dwarha.+  7  Dawk kollha li jobogħduni jingħaqdu flimkien kontrija u jfesfsu bejniethom;+Il-​ħin kollu jippjanaw li jagħmluli xi ħaġa ħażina:+  8  “Inħakem minn gwaj;*+Issa li nxteħet, mhux se jerġaʼ jqum.”+  9  Anki l-​bniedem li kien fil-​paċi miegħi, li jien fdajt fih,+U li kien jiekol mill-​ħobż tiegħi,+ għolla għarqubu kontrija.+ 10  Imma int, O Ġeħova, ħenn għalija u qajjimni,+Sabiex inħallashom lura.+ 11  B’dan tassew naf li int tgħaxxaqt bija,Għax l-​għadu tiegħi ma jgħajjatx bil-​ferħ għajat taʼ rebħa fuqi.+ 12  Minħabba l-​integrità tiegħi int appoġġajtni,+U tqegħedni quddiem wiċċek għal dejjem.+ 13  Ikun imbierek Ġeħova l-​Alla taʼ Israel+Minn dejjem għal dejjem.+Amen u Amen.+

Noti taʼ taħt

^ Letteralment, “ħaġa li m’hi tajba għal xejn.”