Salmi 140:1-13
Għad-direttur. Melodija taʼ David.
140 Salvani, O Ġeħova, mill-bnedmin ħżiena;+Ipproteġini mill-bniedem li juża l-vjolenza,+
2 Nies li fasslu affarijiet ħżiena f’qalbhom,+Li l-jum kollu jattakkawni qishom fi gwerra.+
3 Ilsienhom sinnewh bħal taʼ serp;+Il-velenu tal-lifgħa* qiegħed taħt xofftejhom.+ Sela.
4 Ħarisni, O Ġeħova, minn idejn il-ħażin;+Ipproteġini mill-bniedem li juża l-vjolenza,+Nies li fasslu pjan biex ifixklu l-passi tiegħi.+
5 L-imkabbrin ħbewli nasba;+U firxu l-ħbula bħala xibka mal-ġenb tal-mogħdija.+Nases qiegħdu għalija.+ Sela.
6 Jien għedt lil Ġeħova: “Int Alla tiegħi.+Agħti widen, O Ġeħova, għal leħni meta nitolbok bil-ħrara.”+
7 O Ġeħova l-Mulej Sovran,+ is-saħħa tas-salvazzjoni tiegħi,+Int għattejtli rasi f’jum il-battalja.+
8 O Ġeħova, taqtax ix-xewqa tal-ħażin.+Tħallix il-konfoffi tiegħu jirnexxu, biex ma jitgħolliex.+ Sela.
9 U n-nies li dawruni,+Ħa tinkesa rashom bl-inkwiet taʼ xofftejhom stess.+
10 Ħa jintefaʼ fuqhom il-ġamar.+Ħa jaqgħu fin-nar,+ fil-bjar bl-ilma, sabiex ma jkunux jistgħu jitilgħu.+
11 Ħa ma jkunx stabbilit fis-sod fuq l-art dak li jpaċpaċ ħafna.+Il-bniedem vjolenti—ħa jikkaċċjah il-ħażen b’attakk wara l-ieħor.+
12 Jien naf tajjeb li Ġeħova se jaqbeż+Għad-dritt legali tal-magħkus u jwettaq il-ġudizzju għall-foqra.+
13 Żgur li l-ġusti se jroddu ħajr lil ismek;+Ir-retti se jgħammru quddiem wiċċek.+
Noti taʼ taħt
^ Letteralment, “tal-lifgħa bil-qrun.”

