Salmi 103:1-22
Taʼ David.
103 Bierek lil Ġeħova, O ruħi,+Iva, kulma hemm fija, ħa jbierek l-isem qaddis tiegħu.+
2 Bierek lil Ġeħova, O ruħi,U tinsiex kulma għamel,+
3 Hu li qed jaħfirlek l-iżbalji kollha,+Li qed ifejqek mill-mard kollu tiegħek,+
4 Li qed isalvalek ħajtek mill-ħofra,+Li qed jinkurunak bil-qalb tajba bl-imħabba u l-ħniniet tiegħu,+
5 Li qed jissodisfalek għomrok b’dak li hu tajjeb;+Żgħożitek tibqaʼ tiġġedded bħal dik t’ajkla.+
6 Ġeħova qed iwettaq atti taʼ ġustizzja+U deċiżjonijiet ġudizzjarji għal dawk kollha li qed jiġu imbroljati.+
7 Hu għarraf triqatu lil Mosè,+L-għemejjel tiegħu lil ulied Israel.+
8 Ġeħova ħanin u grazzjuż,+Bil-mod biex jirrabja u għani fil-qalb tajba bl-imħabba.+
9 Mhux se joqgħod il-ħin kollu jsib il-ħtija,+Lanqas ma se jibqaʼ jżomm f’qalbu għal dejjem.+
10 M’għamlilniex skond dnubietna;+Lanqas ġab fuqna dak li ħaqqna għall-iżbalji tagħna.+
11 Għax bħalma s-smewwiet huma ogħla mill-art,+Hekk hi superjuri l-qalb tajba bl-imħabba tiegħu maʼ dawk li jibżgħu minnu.+
12 Daqskemm tlugħ ix-xemx huwa ’l bogħod minn inżulha,+Daqshekk biegħed minna nuqqasijietna.+
13 Bħalma missier juri ħniena maʼ wliedu,+Ġeħova wera ħniena maʼ dawk li jibżgħu minnu.+
14 Għax hu jaf tajjeb kif aħna msawrin,+U jiftakar li aħna trab.+
15 Imma l-bniedem mortali, jiemu huma bħal tal-ħaxix aħdar;+Bħall-fjur taʼ l-għalqa jwarrad għal ftit.+
16 Għax jgħaddi riħ minn fuqu, u ma jkunx iktar;+U l-post fejn kien ma jibqax jagħrfu.+
17 Imma l-qalb tajba bl-imħabba taʼ Ġeħova hi minn dejjem għal dejjem+Maʼ dawk li jibżgħu minnu,+U s-sewwa tiegħu maʼ wlied l-ulied,+
18 Maʼ dawk li jħarsu l-patt tiegħu+U maʼ dawk li jiftakru l-ordnijiet tiegħu sabiex iwettquhom.+
19 Ġeħova stabbilixxa fis-sod it-tron tiegħu fis-smewwiet;+U saltnatu tiddomina fuq kollox.+
20 Bierku lil Ġeħova, O anġli tiegħu,+ setgħanin fil-qawwa, li qed twettqu kelmtu,+Billi tisimgħu minn leħen kelmtu.+
21 Bierku lil Ġeħova, armati kollha tiegħu,+Ministri tiegħu, li qed tagħmlu r-rieda tiegħu.+
22 Bierku lil Ġeħova, ħolqien kollu tiegħu,+Fil-postijiet kollha tad-dominju tiegħu.+Bierek lil Ġeħova, O ruħi.+

