Salmi 114:1-8
114 Meta Israel ħareġ mill-Eġittu,+U dar Ġakobb minn poplu li jitkellem lingwa ma tinftihemx,+
2 Ġuda sar il-post qaddis tiegħu,+Israel id-dominju grandjuż tiegħu.+
3 Il-baħar ra u ħarab;+Il-Ġordan beda jerġaʼ lura.+
4 Il-muntanji qabżu bħall-imtaten,+L-għoljiet bħall-ħrief.
5 Xi ġralek, O baħar, biex ħrabt,+O Ġordan, biex bdejt terġaʼ lura?+
6 O muntanji, għala bdejtu taqbżu bħall-imtaten,+O għoljiet, bħall-ħrief?+
7 O art, imtela bil-biżaʼ* minħabba l-Mulej,+Minħabba l-Alla taʼ Ġakobb,
8 Li qed jibdel il-blata f’għadira taʼ l-ilma kollha qasab,+Blata taż-żnied f’għajn taʼ l-ilma.+
Noti taʼ taħt
^ Jew, “ħoss uġigħ kbir.”

