Salmi 67:1-7

Lid-​direttur. Fuq l-​istrumenti tal-​korda. Melodija, għanja. 67  Alla se jħenn għalina u jberikna;+Se jħalli wiċċu jiddi fuqna+—Sela—  2  Sabiex triqtek issir magħrufa fuq l-​art,+Is-​salvazzjoni tiegħek fost il-​ġnus kollha.+  3  Ħa jfaħħruk il-​popli, O Alla;+Ħa jfaħħruk il-​popli, ilkoll kemm huma.+  4  Ħa jithennew il-​ġnus u jgħajtu bil-​ferħ,+Għax int se tiġġudika l-​popli b’mod rett;+U lill-​ġnus, fuq l-​art se tmexxihom. Sela.  5  Ħa jfaħħruk il-​popli, O Alla;+Ħa jfaħħruk il-​popli, ilkoll kemm huma.+  6  L-art infisha se tagħti l-​prodott tagħha;+Alla, Alla tagħna, se jberikna.+  7  Alla se jberikna,+U t-​trufijiet kollha taʼ l-​art se jibżgħu minnu.+

Noti taʼ taħt