Salmi 115:1-18
115 Aħna ma jistħoqqilna xejn, O Ġeħova, aħna ma jistħoqqilna xejn,+Imma lil ismek agħtih glorja+Skond il-qalb tajba bl-imħabba tiegħek, skond il-verità tiegħek.+
2 Għala għandhom il-ġnus jgħidu:+“Fejn hu, issa, Alla tagħhom?”+
3 Imma Alla tagħna hu fis-smewwiet;+Kulma għoġbu jagħmel għamlu.+
4 L-idoli tagħhom huma fidda u deheb,+Xogħol idejn il-bniedem.+
5 Fomm għandhom, imma ma jistgħux jitkellmu;+Għajnejn għandhom, imma ma jistgħux jaraw;+
6 Widnejn għandhom, imma ma jistgħux jisimgħu.+Imnieħer għandhom, imma ma jistgħux ixommu.+
7 Idejn għandhom, imma ma jistgħux iħossu.+Saqajn għandhom, imma ma jistgħux jimxu;+Ma jlissnu ebda ħoss b’gerżumithom.+
8 Dawk li jagħmluhom isiru bħalhom,+Dawk kollha li jafdaw fihom.+
9 O Israel, afda f’Ġeħova;+Hu l-għajnuna u t-tarka tagħkom.+
10 O dar Aron, poġġu l-fiduċja tagħkom f’Ġeħova;+Hu l-għajnuna u t-tarka tagħkom.+
11 Intom li tibżgħu minn Ġeħova, afdaw f’Ġeħova;+Hu l-għajnuna u t-tarka tagħkom.+
12 Ġeħova ftakar fina; hu se jbierek,+Se jbierek lil dar Israel,+Se jbierek lil dar Aron.+
13 Se jbierek lil dawk li jibżgħu minn Ġeħova,+Iż-żgħar kif ukoll il-kbar.+
14 Ġeħova se jagħtikom iż-żjieda,+Lilkom u lil uliedkom.+
15 Intom imberkin minn Ġeħova,+Dak li għamel is-sema u l-art.+
16 Is-smewwiet—taʼ Ġeħova huma s-smewwiet,+Imma l-art taha lil ulied il-bnedmin.+
17 Il-mejtin ma jfaħħruhx lil Jah,+Lanqas kulmin jinżel fis-skiet.+
18 Imma aħna se nbierku lil Jah+Minn issa ’l quddiem u għal dejjem.+Faħħru lil Jah!+

