Salmi 147:1-20
147 Faħħru lil Jah,+Għax tajjeb li ngħannu lil Alla tagħna;+Għax dan hu pjaċevoli—it-tifħir hu xieraq.+
2 Ġeħova qed jibni lil Ġerusalemm;+Lill-imxerrdin taʼ Israel jiġborhom flimkien.+
3 Qed ifejjaq+ lil dawk taʼ qalbhom maqsuma,+U qed jinfaxxalhom il-ġrieħi li juġgħuhom.+
4 Jgħodd kemm hemm kwiekeb;+Ilkoll kemm huma jsejħilhom b’isimhom.+
5 Il-Mulej tagħna hu kbir u abbundanti fil-qawwa;+L-abbiltà tiegħu li jifhem hi bla qjies.+
6 Ġeħova jserraħ lill-ġwejdin;+Ibaxxi maʼ l-art lin-nies mill-agħar.+
7 Wieġbu lil Ġeħova b’radd il-ħajr;+Għannu lil Alla tagħna bl-arpa,+
8 Dak li qed jiksi s-smewwiet bis-sħab,+Dak li jħejji x-xita għall-art,+Dak li jġiegħel lill-muntanji jnibbtu l-ħaxix aħdar.+
9 Lill-bhejjem jagħtihom l-ikel tagħhom,+U lill-frieħ taċ-ċawluni li joqogħdu jgħajtu.+
10 Ma jitgħaxxaqx bis-saħħa taż-żiemel,+Lanqas jieħu pjaċir bir-riġlejn tal-bniedem.+
11 Ġeħova qed jieħu pjaċir b’dawk li jibżgħu minnu,+B’dawk li jistennew il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu.+
12 Igglorifika lil Ġeħova,+ O Ġerusalemm.Faħħar lil Alla tiegħek, O Sijon.+
13 Għax hu saħħaħ l-istaneg taʼ bwiebek;Bierek lil uliedek f’nofsok.+
14 Hu jqiegħed il-paċi fit-territorju tiegħek;+Bl-aqwa qamħ* jibqaʼ jxebbgħek.+
15 Jibgħat il-kmand tiegħu lejn l-art;+B’ħeffa kbira tiġri kelmtu.
16 Jagħti l-borra bħas-suf;+Il-ġlata jxerridha bħall-irmied.+
17 Jitfaʼ s-silġ tiegħu bħall-frak.+Min jiflaħha l-kesħa tiegħu?+
18 Jibgħat kelmtu+ u jdewwibhom.Iġiegħel lir-riħ tiegħu jonfoħ,+U mbagħad l-ilmijiet iqattru.
19 Qed jgħid il-kelma tiegħu lil Ġakobb,+Ir-regolamenti+ u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħu lil Israel.+
20 M’għamel dan m’ebda ġens ieħor;+U d-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħu, dawn ma sarux jafuhom.+Faħħru lil Jah!+
Noti taʼ taħt
^ Letteralment, “bix-xaħam tal-qamħ.”

