Salmi 10:1-18
ל [Lamed]
10 Għala, O Ġeħova, tibqaʼ wieqaf ’il bogħod?+Għala tibqaʼ moħbi fi żminijiet taʼ niket?+
2 Billi hu supperv, il-bniedem mill-agħar jiġri b’determinazzjoni wara l-magħkus;+Huma jinqabdu bl-ideat li ħasbu fihom.+
3 Għax il-bniedem mill-agħar ftaħar bix-xewqa egoistika taʼ ruħu,+U dak li għamel qligħ b’regħba,+ bierek lilu nnifsu;
נ [Nun]Ma weriex rispett lejn Ġeħova.+
4 Fl-arroganza tiegħu, il-bniedem mill-agħar ma jagħtix kas;+L-ideat kollha tiegħu huma: “M’hemmx Alla.”+
5 Triqatu jirnexxu dejjem.+Il-ġudizzji tiegħek huma fl-għoli wisq għalih;+U dawk kollha li jiħduha kontrih, jiddieħaq bihom.+
6 Qal f’qalbu: “M’iniex se nitħarrek;+Minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni ebda gwaj ma se jiġi fuqi.”+
פ [Pe]
7 Fommu mimli ħalf u qerq u moħqrija.+Taħt ilsienu hemm l-inkwiet u l-ħsara.+
8 Joqgħod għassa ħdejn l-irħula;Fil-moħbi joqtol lil xi ħadd innoċenti.+
ע [Għajn]Għajnejh jgħarrxu għal xi ħadd sfortunat.+
9 Joqgħod jistenna fejn ma jidhirx bħal iljun fil-moħba tiegħu.+Joqgħod jistenna+ biex ikaxkar bil-forza lil xi ħadd magħkus.Ikaxkar bil-forza lill-magħkus meta jagħlaq ix-xibka tiegħu.+
10 Minħabba fih il-magħkus jitfarrak, jitbaxxa,U l-kotra taʼ msejknin taqaʼ taħt difrejh b’saħħithom.+
11 Qal f’qalbu:+ “Alla nesa.+Ħeba wiċċu.+Qatt m’hu se jara.”+
ק [Kof]
12 Qum,+ O Ġeħova. O Alla, erfaʼ idek.+Tinsiex lill-magħkusin.+
13 Il-bniedem mill-agħar għala ma weriex rispett lejn Alla?+Qal f’qalbu: “M’intix se titlob kont.”+
ר [Rex]
14 Għax int rajt l-inkwiet u d-dwejjaq.Tibqaʼ tħares, biex tiħodhom f’idejk.+L-isfortunat,+ it-tifel bla missier, jafda ruħu f’idejk.Int sirt l-għajnuna tiegħu.+
ש [Xin]
15 Ikser driegħ il-bniedem mill-agħar u ħażin.+Ikkastigah għall-ħażen tiegħu sakemm ma ssiblux iktar.+
16 Ġeħova hu Sultan għal żmien indefinit, iva, għal dejjem.+Il-ġnus għabu mill-art tiegħu.+
ת [Taw]
17 Ix-xewqa tal-ġwejdin int tismagħha żgur,+ O Ġeħova.Se tħejjilhom qalbhom.+Se tagħti kashom billi tiftaħ widnejk,+
18 Biex twettaq ġustizzja mat-tifel bla missier u maʼ l-imfarrak,+Sabiex il-bniedem mortali taʼ l-art ma jkunx jistaʼ jbeżżaʼ iktar.+

