Salmi 138:1-8
Taʼ David.
138 Jien se nfaħħrek b’qalbi kollha.+Quddiem allat oħrajn ngħannilek.+
2 Se mmil lejn it-tempju qaddis tiegħek,+U nfaħħar lil ismek,+Minħabba l-qalb tajba bl-imħabba tiegħek+ u minħabba l-verità tiegħek.+Għax int kabbart kelmtek+ saħansitra fuq ismek stess.+
3 Dakinhar li sejjaħtlek, int wiġibtni;+Int bdejt tagħmel lil ruħi qalbiena billi tajtni s-saħħa.+
4 Is-slaten kollha taʼ l-art għad ifaħħruk, O Ġeħova,+Għax ikunu semgħu kliem fommok.
5 U għad ikantaw dwar it-triqat taʼ Ġeħova,+Għax il-glorja taʼ Ġeħova kbira.+
6 Għax Ġeħova fl-għoli, u madankollu lill-umli jarah;+Imma lill-kburi jafu biss mill-bogħod.+
7 Jekk inkun imdawwar bl-inkwiet, int iżżommni ħaj.+Minħabba r-rabja taʼ l-għedewwa tiegħi int toħroġ idek,+U lemintek issalvani.+
8 Ġeħova se jwettaq l-iskopijiet tiegħu għalija.+O Ġeħova, għal dejjem hi l-qalb tajba bl-imħabba tiegħek.+Tabbandunax lil xogħol idejk stess.+

