Salmi 18:1-50
Lid-direttur. Tal-qaddej taʼ Ġeħova, taʼ David, li qal lil Ġeħova l-kliem taʼ din l-għanja dakinhar li Ġeħova ħelsu minn id l-għedewwa kollha tiegħu u minn id Sawl.+ U qal:
18 Se nurik l-affezzjoni tiegħi, O Ġeħova s-saħħa tiegħi.+
2 Ġeħova hu l-blat għoli u l-fortizza tiegħi u Dak li jħarrabni.+Alla tiegħi hu l-blata tiegħi. Fih se nistkenn,+It-tarka tiegħi u l-qarn* tiegħi taʼ salvazzjoni, il-post fl-għoli tiegħi taʼ sigurtà.+
3 Se nsejjaħ lil Dak li jistħoqqlu tifħir, lil Ġeħova.+U mill-għedewwa tiegħi jsalvani.+
4 Il-ħbula tal-mewt dawruni;+Dilluvju taʼ nies li m’huma tajbin għal xejn qagħdu jwerwruni.+
5 Il-ħbula tal-Qabar* daru miegħi;+Ġejt wiċċ imbwiċċ man-nases tal-mewt.+
6 Fin-niket tiegħi bqajt insejjaħ lil Ġeħova,U lil Alla tiegħi bqajt ngħajjat għall-għajnuna.+Minn ġot-tempju tiegħu hu semaʼ leħni,+U l-għajta għall-għajnuna li għajjatt quddiemu issa waslet f’widnejh.+
7 U l-art bdiet titħarrek u titriegħed,+U s-sisien tal-muntanji theżżu,+U tħarrku ’l quddiem u lura għax kien irrabjat.+
8 Telaʼ duħħan minn imnifsejh, u nar minn fommu baqaʼ jiblaʼ;+Il-ġamar beda jaqbad minnu.
9 Hu baxxa s-smewwiet ’l isfel u niżel.+Taħt saqajh kien hemm sħab iswed.
10 U ġie jtir riekeb fuq kerubin,+Ġie sparat fuq il-ġwinħajn taʼ spirtu.+
11 Imbagħad għamel id-dlam il-moħba tiegħu;+Imdawwar bihom bħal għarix kien hemmIlmijiet mudlama, sħab oħxon.+
12 Fid-dija taʼ quddiemu kien għaddej is-sħab tiegħu,+Silġ u ġamar tan-nar.+
13 U fis-smewwiet Ġeħova beda jriegħed,+L-Iktar Għoli beda jsemmaʼ leħnu,+U niżlu silġ u ġamar tan-nar.
14 U baqaʼ jitfgħalhom il-vleġeġ tiegħu, biex ixerridhom;+U spara s-sajjetti, biex jitfagħhom f’konfużjoni.+
15 U qiegħ l-ilmijiet beda jidher,+U s-sisien taʼ l-art produttiva nkixfu+Biċ-ċanfira tiegħek, O Ġeħova, bin-nefħa tan-nifs minn imnifsejk.+
16 Tani idejh mill-għoli, laqagħni,+Tellagħni minn ilmijiet fondi.+
17 Ħelisni mill-għadu b’saħħtu tiegħi,+U minn dawk li jobogħduni; għax kienu iktar b’saħħithom minni.+
18 Huma baqgħu jisfidawni f’jum l-hemm tiegħi,+Imma Ġeħova ġie biex ikun t’appoġġ għalija.+
19 U ħariġni f’post spazjuż;+Ħelisni, għax fija sab l-għaxqa tiegħu.+
20 Ġeħova jippremjani skond is-sewwa tiegħi;+Skond l-indafa taʼ idejja jħallasni lura.+
21 Għax jien żammejt it-triqat taʼ Ġeħova,+U ma tlaqtx lil Alla tiegħi, li hi azzjoni mill-agħar.+
22 Għax id-deċiżjonijiet ġudizzjarji kollha tiegħu qegħdin quddiemi,+U l-istatuti tiegħu ma nitlaqhomx.+
23 Se nkun bla nuqqas f’għajnejh,+U min-naħa tiegħi se nitbiegħed mill-iżball.+
24 Ħa jħallasni lura Ġeħova skond is-sewwa tiegħi,+Skond l-indafa taʼ idejja quddiem għajnejh.+
25 Maʼ xi ħadd leali int se taġixxi b’lealtà;+Mar-raġel b’saħħtu u bla nuqqas se timxi bla nuqqas;+
26 Maʼ dak li qed iżomm nadif int se tkun nadif;+U mal-qarrieq se tkun makakk;+
27 Għax lill-magħkusin se ssalvahom;+Imma lill-għajnejn suppervi se tbaxxihom.+
28 Int se ddawwalli l-musbieħ tiegħi, O Ġeħova;+Alla tiegħi se jagħmel id-dlam tiegħi jiddi.+
29 Għax permezz tiegħek nistaʼ niħodha kontra qatgħa ħallelin;+U permezz t’Alla tiegħi nistaʼ nixxabbat maʼ sur.+
30 L-Alla l-veru, triqtu perfetta;+Dak li jgħid Ġeħova hu rfinut.+Tarka hu għal dawk kollha li jistkennu fih.+
31 Għax min hu Alla ħlief Ġeħova?+U min hu blata ħlief Alla tagħna?+
32 Hu l-Alla l-veru li jħażżimni sew b’enerġija kbira,+U jagħmilli triqti perfetta.+
33 Jagħmilli saqajja bħal taċ-ċriev,+U jżommni wieqaf fuq postijiet li huma għoljin għalija.+
34 Qed iħarriġli idejja għall-gwerra,+U dirgħajja jagħfsu ’l isfel qaws tar-ram aħmar.+
35 Int se tagħtini t-tarka tiegħek taʼ salvazzjoni,+U idek il-leminija se twiżinni,+U l-umiltà tiegħek se tagħmilni kbir.+
36 Int se tagħmilli biżżejjed wisaʼ fejn nimxi,+U l-għekiesi taʼ saqajja m’humiex se jċedu.+
37 Jien se niġri wara l-għedewwa tiegħi u nilħaqhom;U ma niġix lura qabel ma jinqerdu għalkollox.+
38 Infarrakhom sabiex ma jkollhomx il-ħila jqumu;+Se jaqgħu taħt saqajja.+
39 U int se tħażżimni b’enerġija kbira għall-gwerra;Tixħet taħti lil dawk li jqumu kontrija.+
40 U se ġġiegħel lill-għedewwa tiegħi jagħtuni daharhom u jaħarbu;*+U lil dawk mimlijin mibegħda għalija, jien se nsikkithom.+
41 Huma jgħajtu għall-għajnuna, imma m’għandhomx salvatur,+Isejħu lil Ġeħova, imma hu ma jwiġibhomx.+
42 U jien se nitħanhom bħal trab fin fir-riħ;+Bħat-tajn tat-toroq inwaddabhom.+
43 Int se teħlisni min-nies li moħħhom biex isibu xi ħtija fija.+Se taħtarni l-kap tal-ġnus.+Poplu li ma kontx naf, issa se jaqdini.+
44 Malli jisimgħu bija jibdew jobduni;+Il-barranin stess se jiġu għandi b’rashom baxxuta.+
45 Il-barranin se jidbielu bil-mod il-mod,U joħorġu jitriegħdu mis-swar tagħhom.+
46 Ġeħova hu ħaj,+ u ħa jkun imbierek il-Blata tiegħi.+Ħa jkun eżaltat l-Alla tas-salvazzjoni tiegħi.+
47 L-Alla l-veru hu Dak li jagħmel vendetta għalija;+U jrażżan lill-popli taħti.+
48 Hu jħarrabni mill-għedewwa rrabjati tiegħi;+Fuq dawk li jqumu kontrija se terfagħni,+Mir-raġel vjolenti teħlisni.+
49 Huwa għalhekk li se nfaħħrek fost il-ġnus, O Ġeħova,+U lil ismek ngħanni.+
50 Hu qed jagħmel atti kbar taʼ salvazzjoni għas-sultan tiegħu+U qed juri qalb tajba bl-imħabba mal-midluk tiegħu,+Maʼ David u maʼ nislu għal dejjem.+
Noti taʼ taħt
^ Bl-Ebrajk, “Xeol.”
^ Jew, “se tagħtini n-naħa taʼ wara t’għonq l-għedewwa tiegħi.”

