Salm 18:1-50
Lid-direttur. Mingħand David, il-qaddej taʼ Ġeħova, li ddedika din l-għanja lil Ġeħova dakinhar li Ġeħova ħelsu minn id l-għedewwa kollha tiegħu u minn id Sawl. Hu qal:
18 Ġeħova, int tagħtini s-saħħa u jien inħobbok.
2 Ġeħova hu l-blata u l-fortizza tiegħi u Dak li jsalvani.
L-Alla tiegħi hu l-blata tiegħi, li fih nistkenn.
Hu t-tarka u l-qarn* tiegħi taʼ salvazzjoni,* u l-post taʼ protezzjoni tiegħi.*
3 Jien ngħajjat lil Ġeħova għall-għajnuna, il-wieħed li jistħoqqlu tifħir,U se niġi salvat mill-għedewwa tiegħi.
4 Il-ħbula tal-mewt daru miegħi;Dulluvju taʼ nies li mhuma tajbin għal xejn werwruni.
5 Il-ħbula tal-Qabar* daru miegħi;Ġejt wiċċ imb wiċċ man-nases tal-mewt.
6 Meta kont imdejjaq għajjatt lil Ġeħova,Lill-Alla tiegħi bqajt ngħajjatlu għall-għajnuna.
Mit-tempju tiegħu semaʼ leħni,U l-għajta tiegħi għall-għajnuna waslet f’widnejh.
7 Imbagħad l-art bdiet tiċċaqlaq u titriegħed;Il-muntanji theżżu u ċċaqalqu ’l quddiem u lura għax kien irrabjat.
8 Telaʼ duħħan minn imnieħru,U nar li jeqred ħareġ minn ħalqu;Ġamar jaqbad ħareġ minnu.
9 Hu baxxa s-sema hekk kif niżel,U kien hemm dalma kbira taħt saqajh.
10 Hu ġie jtir riekeb fuq kerubin,U niżel sparat fuq il-ġwienaħ t’anġlu.*
11 Imbagħad tgħatta bid-dlam.
Madwaru kien hemm ilmijiet mudlamaU sħab oħxon bħala kenn.
12 Kien hemm dawl jixgħel quddiemu,U mis-sħab niżel silġ u ġamar tan-nar.
13 Imbagħad Ġeħova beda jriegħed mis-sema;Meta l-Iktar Għoli semmaʼ leħnuBeda nieżel silġ u ġamar tan-nar.
14 Spara l-vleġeġ tiegħu u xerred l-għedewwa;Faqqaʼ s-sajjetti, u tefagħhom f’konfużjoni.
15 Qiegħ l-ilmijiet* beda jidher;Il-pedamenti tal-art inkixfu bit-theddida tiegħekU bin-nifs qawwi minn imnieħrek, Ġeħova.
16 Tani jdejh mill-għoli;Qabadni u tellagħni minn ilmijiet fondi.
17 Ħelisni mill-għadu b’saħħtu tiegħi,Minn dawk li jobogħduni, li kienu iktar b’saħħithom minni.
18 Huma sfidawni f’jum l-inkwiet tiegħi,Imma Ġeħova kien l-appoġġ tiegħi.
19 Hu ħadni f’post taʼ sigurtà;*Ħelisni għax kien kuntent bija.
20 Ġeħova jippremjani għax aġixxejt b’ġustizzja;Hu jippremjani skont l-innoċenza tiegħi.*
21 Għax jien nagħmel dak li trid int, Ġeħova,Ma tlaqtx lill-Alla tiegħi, u allura m’aġixxejtx ħażin.
22 Il-ġudizzji kollha tiegħu qegħdin quddiemi;M’iniex se ninjora l-liġijiet tiegħu.
23 Se nibqaʼ bla ħtija quddiemu,U se nitbiegħed mill-iżball.
24 Jalla Ġeħova jippremjani għax aġixxejt b’ġustizzja,Jippremjani skont l-innoċenza tiegħi quddiemu.
25 Maʼ xi ħadd leali, int taġixxi b’lealtà;Maʼ min hu bla ħtija, timxi bla ħtija;
26 Maʼ min hu sinċier, int tkun sinċier,Imma maʼ min iqarraq, int tuża l-għaqal.
27 Għax int issalva lill-umli;*Imma lis-suppervi* se tbaxxihom.
28 Għax int tagħtini d-dawl,* Ġeħova;Int l-Alla tiegħi li jdawwal id-dlam tiegħi.
29 Bl-għajnuna tiegħek nistaʼ niħodha kontra grupp taʼ ħallelin armati;Bil-qawwa t’Alla nistaʼ nitlaʼ maʼ sur.
30 It-triq tal-Alla l-veru hi perfetta;Dak li jgħid Ġeħova hu pur.*
Hu tarka għal dawk kollha li jistkennu fih.
31 Għax min hu Alla ħlief Ġeħova?
U min hu blata ħlief l-Alla tagħna?
32 L-Alla l-veru hu l-wieħed li jsaħħaħni,Hu se jagħmel triqti perfetta.
33 Jagħmilli saqajja bħal taʼ ċerva;Hu jqegħedni fuq postijiet għoljin.
34 Qed jittrennjani għall-gwerra;Idejja jistgħu jgħawġu qaws tar-ram.
35 Int tagħtini t-tarka tiegħek taʼ salvazzjoni,Idek il-leminija tappoġġani,U l-umiltà tiegħek tigglorifikani.
36 Int twessaʼ l-passaġġ għal saqajja,Sabiex ma naqax.
37 Jien se niġri wara l-għedewwa tiegħi u nilħaqhom;Ma niġix lura qabel jinqerdu għalkollox.
38 Se ngħaffiġhom sabiex ma jqumux;Se jaqgħu taħt saqajja.
39 Int se tagħtini s-saħħa għall-battalja;Se tixħet taħti lill-għedewwa tiegħi.
40 Int se ġġiegħel lill-għedewwa tiegħi jaħarbu minni;*U se neqred* lil dawk li jobogħduni.
41 Huma jgħajtu għall-għajnuna, imma m’hemmx min isalvahom;Saħansitra jgħajtu lil Ġeħova, imma ma jwiġibhomx.
42 Jien se nitħanhom bħal trab fin li jtir mar-riħ;Se narmihom bħal tajn fit-toroq.
43 Int se teħlisni min-nies li moħħhom biex isibu xi ħtija fija.
Int se tinkarigani bħala kap tal-popli.
Se jaqdini poplu li ma kontx nafu.
44 Malli jisimgħu bija, jobduni;Il-barranin se jiġu għandi b’rashom baxxuta.
45 Il-barranin se jaqtgħu qalbhom;Huma joħorġu jitriegħdu mill-fortizzi tagħhom.
46 Ġeħova hu ħaj! Ħa jkun imfaħħar il-Blata tiegħi!
Ħa jkun onorat l-Alla tiegħi li jsalvani.
47 L-Alla l-veru jagħmel vendetta għalija;Hu jagħtini l-popli f’idejja.
48 Hu jeħlisni mill-għedewwa rrabjati tiegħi;Int terfagħni fl-għoli ħalli dawk li jattakkawni ma jilħqunix;Issalvani mir-raġel vjolenti.
49 Huwa għalhekk li se nigglorifikak fost il-popli, Ġeħova,U lil ismek infaħħru bil-kant.*
50 Hu qed jeħles lir-re b’modi tal-għaġeb;*Juri mħabba u lealtà* mal-magħżul* tiegħu,Maʼ David u dawk li se jiġu minnu għal dejjem.
Noti taʼ taħt
^ Jew “is-salvatur b’saħħtu tiegħi.”
^ Jew “il-post fl-għoli tiegħi taʼ sigurtà.”
^ Jew “taʼ Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Jew “il-ġwienaħ tar-riħ.”
^ Jew “il-kanali tal-ilma.”
^ Jew “f’post spazjuż.”
^ Letteralment “l-indafa taʼ jdejja.”
^ Jew “lill-batuti.”
^ Letteralment “lill-għajnejn suppervi.”
^ Letteralment “tixgħel il-lampa tiegħi.”
^ Jew “irfinut bin-nar.”
^ Jew “iġġiegħel lill-għedewwa tiegħi jagħtuni daharhom.”
^ Letteralment “insikket.”
^ Jew “indoqqlu l-mużika.”
^ Jew “jagħti rebħiet kbar lir-re.”
^ Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Letteralment “mal-midluk.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

