Salm 42:1-11
Lid-direttur. Maskil* ta’ dawk li jiġu minn Koraħ.
42 Jien* nixtieq li naqdi lilek, Alla tiegħi,Bħalma ċerva tixxennaq għall-ilma.
2 Bħalma bniedem ikun bil-għatx għall-ilma, jien* għandi bżonn ħafna lill-Alla l-ħaj.
Meta nistaʼ mmur quddiem Alla?
3 Il-ġurnata u l-lejl kollu nibki u ma nikolx;In-nies il-ħin kollu jgħajruni u jgħiduli: “Fejn hu l-Alla tiegħek?”
4 Jien jaqbduni dwejjaq kbarMeta niftakar fiż-żmien li kont immur lejn id-dar t’Alla mal-folla;Jien kont immexxihomU matul it-triq aħna konna nifirħu;Konna nkantaw bħal folla li tiċċelebra festa.
5 Għala jien* iddisprat?
Għala jien inkwetat?
Jien se nistenna lil Alla biex jaġixxi.
Jien għad irrid infaħħru bħala s-Salvatur Grandjuż tiegħi.
6 Alla tiegħi, jien* iddisprat.
Hu għalhekk li naħseb fikMill-art tax-Xmara Ġordan u mill-qċaċet tal-Ħermon,Mill-Muntanja Misgħar.*
7 Qed nismaʼ ħoss taʼ ilma ġej bis-saħħa;Il-ħoss hu tan-nixxigħat tal-ilma tiegħek.
Il-mewġ qawwi tiegħek għadda minn fuqi.
8 Matul il-ġurnata, Ġeħova se juri mħabba u lealtà* miegħi,U billejl jien se nkanta dwaru;Se nitlob lill-Alla li jagħtini l-ħajja.
9 Jien se ngħid lil Alla, il-blata tiegħi:
“Għala nsejtni?
Għala għandi nkun imdejjaq minħabba li l-għadu jaħqarni?”
10 L-għedewwa tiegħi jgħajruni b’mibegħda kbira.*
Huma l-ħin kollu jgħajruni u jgħiduli: “Fejn hu l-Alla tiegħek?”
11 Għala jien* iddisprat?
Għala jien inkwetat?
Jien se nistenna lil Alla biex jaġixxi.
Jien għad irrid infaħħru bħala s-Salvatur Grandjuż tiegħi u l-Alla tiegħi.
Noti taʼ taħt
^ Jew “Ruħi.”
^ Jew “ruħi.”
^ Jew “ruħi.”
^ Jew “ruħi.”
^ Jew “Mill-muntanja ċ-ċkejkna.”
^ Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Jew forsi “jgħajruni bħallikieku jkissruli għadmi.”
^ Jew “ruħi.”

