Salm 91:1-16
91 Kull min jgħix fil-post sigriet tal-Iktar GħoliSe jsib protezzjoni taħt id-dell taʼ Dak li Jistaʼ Kollox.
2 Jien se ngħid lil Ġeħova: “Int il-protezzjoni u l-fortizza tiegħi,Alla tiegħi li fih nafda.”
3 Għax hu se jeħilsek mix-xibka tan-nassab,Mill-pesta qerrieda.
4 Hu se jgħattik bir-rix tal-ġwienaħ tiegħu,*U taħt il-ġwienaħ tiegħu, int se ssib il-protezzjoni.
Il-lealtà tiegħu se tkun bħal tarka kbira u sur.
5 Int mhux se tibżaʼ minn xi periklu mal-lejl,Jew mill-vleġġa li ttir mal-jum,
6 Lanqas mill-pesta li tinfirex fid-dlam,U l-qerda li ġġib ħerba f’nofsinhar.
7 Ħdejk se jaqgħu elfU fuq il-lemin tiegħek għaxart elef,Imma int mhu se jiġrilek xejn.
8 Int kemm tara x’inhu jiġriU tkun xhud tal-kastig* tal-ħżiena.
9 Peress li int għedt li Ġeħova hu l-protezzjoni tiegħekU għamilt lill-Iktar Għoli l-post fejn tgħix,*
10 Mhu se jiġi fuqek l-ebda diżastru.
L-ebda ħsara mhu se tiġi fit-tinda tiegħek.
11 Għax hu se jikkmanda lill-anġliBiex jipproteġuk kull fejn tmur.
12 Huma se jġorrukĦalli ma taħbatx sieqek maʼ xi ġebla.
13 Int se tgħaddi minn fuq iljun u kobra;Se tgħaffeġ taħt saqajk iljun b’saħħtu u serp kbir.
14 Alla qal: “Għax iħobbni* jien se neħilsu.
Se nipproteġih għax jaf* lil ismi.
15 Hu jgħajjatli u jien inwieġbu.
Se nkun miegħu fi żmien diffiċli.
Se neħilsu u nonorah.
16 Jien se nagħtih ħajja twilaU se nurih kif se nsalvah.”
Noti taʼ taħt
^ Jew “Bir-rix tal-ġwienaħ tiegħu mhu se jħalli lil ħadd jersaq lejk.”
^ Letteralment “tat-tpattija.”
^ Jew forsi “l-fortizza tiegħek; ir-refuġju tiegħek.”
^ Letteralment “ingħaqad miegħi.”
^ Jew “jirrikonoxxi.”

