Salm 64:1-10

  • Protezzjoni mill-attakki

    • “Alla se jisparalhom vleġġa” (7)

Lid-direttur. Għanja taʼ David. 64  Alla tiegħi, ismagħni hekk kif nitolbok bil-ħniena. Ipproteġini mill-attakki tal-biżaʼ tal-għedewwa.  2  Iddefendini mill-pjanijiet sigrieti tal-ħżiena,Mill-folla li tagħmel il-ħażen.  3  Huma jsinnu lsienhom bħal xabla;Jimmiraw il-kliem kattiv tagħhom bħal vleġeġ,  4  Biex jisparaw lil xi ħadd innoċenti minn fejn huma moħbijin. Jisparawlu f’daqqa u bla biżaʼ taʼ xejn.  5  Huma jinkuraġġixxu lil xulxin biex jagħmlu l-ħażen;*Jiddiskutu flimkien kif se jaħbu n-nases tagħhomU jgħidu: “Ħadd mhu se jarahom.”  6  Huma jipprovaw isibu modi ġodda taʼ kif jagħmlu l-ħażen;Bil-moħbi huma jagħmlu pjanijiet makakki;Ħadd ma jistaʼ jsib tarf il-ħsibijiet tagħhom.  7  Imma Alla se jisparalhom vleġġa;F’daqqa waħda jispiċċaw feruti.  8  Kliemhom stess se jwassalhom għall-qerda. Dawk li jaraw dan se jxenglu rashom.  9  Imbagħad il-bnedmin kollha se jibżgħuU jitkellmu dwar dak li għamel Alla. Huma se jifhmu dak li għamel. 10  Il-ġust se jifraħ b’Ġeħova u jdur lejh għall-protezzjoni;Dawk kollha taʼ qalb onesta se jfaħħruh.*

Noti taʼ taħt

Jew “iżommu sew mal-intenzjoni ħażina tagħhom.”
Jew “jiftaħru.”