Salm 83:1-18

  • Jitlob meta jiffaċċja l-għedewwa

    • “Alla tiegħi, tibqax kwiet” (1)

    • L-għedewwa bħal ħaxix niexef li jtir maʼ riefnu (13)

    • Isem Alla hu Ġeħova (18)

Għanja t’Asaf. 83  Alla tiegħi, tibqax kwiet;Jalla titkellem u taġixxi, l-Alla Qaddis.  2  L-għedewwa tiegħek qed ilestu biex jiġġieldu;Dawk li jobogħduk jaġixxu b’arroganza.*  3  B’makakkerija u bil-moħbi, huma jippjanaw kontra l-poplu tiegħek;Jiftiehmu kontra dawk li huma għeżież għalik.*  4  Huma jgħidu: “Ejjew ħa neqirduhom għalkollox bħala poplu,Ħalli ħadd ma jibqaʼ jiftakar isem Iżrael.”  5  Bi ħsieb wieħed, huma ppjanaw strateġija;Dawk li ngħaqdu flimkien* kontrik huma  6  L-Edomin, l-Ismagħelin, il-Mowabin, u l-Ħagrin.  7  Ukoll Gebal, Għammon, Għamalek,U l-Filistja flimkien man-nies taʼ Tir.  8  Anki l-Assirja ngħaqdet magħhom;Huma jappoġġaw lil dawk li jiġu minn* Lot. (Sela)  9  Agħmlilhom bħalma għamilt lil Midjan,Bħalma għamilt lil Sisera u lil Ġabin fil-wied taʼ Kison. 10  Huma nqerdu għalkollox f’Għajn-dor;Saru demel għall-art. 11  Lin-nobbli tagħhom, agħmilhom bħal Għoreb u Żeb,U lill-mexxejja tagħhom, agħmilhom bħal Żebaħ u Salmunna, 12  Għax huma qalu: “Ejja nieħdu l-art fejn joqgħod Alla.” 13  Alla tiegħi, agħmilhom bħal ħaxix niexef li jtir maʼ riefnu,Bħal tiben li jtajru r-riħ. 14  Bħalma nar jaħraq il-forestaU fjamma tqabbad il-muntanji, 15  Jalla tiġri warajhom bil-maltempata tiegħekU twerwirhom bir-riefnu tiegħek. 16  Umiljahom,*Sabiex jgħajtu lil ismek, Ġeħova. 17  Jalla jiġu mġiegħla jistħu u jitwerwru għal dejjem;Jalla jiġu ddiżonorati u jinqerdu; 18  Jalla n-nies ikunu jafu li int, li ismek hu Ġeħova,Int biss l-Iktar Għoli fuq l-art kollha.

Noti taʼ taħt

Jew “jgħollu rashom.”
Letteralment “li int ħbejt.”
Jew “għamlu patt.”
Letteralment “saru id għat-tfal taʼ.”
Letteralment “Imlielhom wiċċhom bid-diżunur.”