Salm 20:1-9

  • Alla jsalva lir-re magħżul tiegħu

    • ‘Xi wħud jafdaw fil-karrijiet u fiż-żwiemel, imma aħna nafdaw f’isem Ġeħova’ (7)

Lid-direttur. Għanja taʼ David. 20  Jalla Ġeħova jwieġeb it-talba tiegħek f’jum it-tbatija. Jalla isem l-Alla taʼ Ġakobb jipproteġik.  2  Jalla jgħinek mill-post qaddis,U jsaħħek minn Sijon.  3  Jalla jiftakar l-offerti kollha li għamilt;Jalla jaċċetta b’approvazzjoni* l-offerta tal-ħruq. (Sela)  4  Jalla jagħtik dak li tixtieq qalbekU jgħinek tirnexxi f’dak kollu li tippjana.  5  Aħna se ngħajtu bil-ferħ għax int issalvana;Se ngħollu l-bnadar tagħna biex infaħħru isem l-Alla tagħna. Jalla Ġeħova jagħmel dak kollu li titolbu.  6  Issa nafu li Ġeħova jsalva lill-magħżul* tiegħu. Hu jwieġbu mis-sema qaddisa tiegħuBilli bil-qawwa kbira li għandu* jġib salvazzjoni.*  7  Xi wħud jafdaw fil-karrijiet u oħrajn fiż-żwiemel,Imma aħna nafdaw f’isem Ġeħova l-Alla tagħna.  8  Huma tfixklu u waqgħu,Imma aħna qomna u rġajna waqafna dritti.  9  Ġeħova, salva lir-re! Hu se jwiġibna dakinhar li ngħajtulu għall-għajnuna.

Noti taʼ taħt

Letteralment “jikkunsidra bħala xaħam.”
Letteralment “lill-midluk.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Letteralment “b’idu l-leminija.”
Jew “rebħiet kbar.”