Salm 144:1-15
Għanja taʼ David.
144 Jalla jiġi mfaħħar Ġeħova, il-Blata tiegħi,Li qed jittrennjani għall-battaljaU jippreparani għall-gwerra.
2 Hu jurini mħabba u lealtà* u hu l-fortizza tiegħi,Ir-refuġju taʼ protezzjoni* tiegħi u l-wieħed li jsalvani,It-tarka tiegħi u Dak li dort lejh għall-protezzjoni,Dak li jrażżan lin-nies taħti.
3 Ġeħova, x’inhu l-bniedem biex jimpurtak minnu,U bin il-bniedem biex tagħti kasu?
4 Il-bniedem hu bħal sempliċi nifs,Ħajtu tgħaddi malajr bħal dell.
5 Ġeħova, baxxi s-sema tiegħek u inżel;Miss il-muntanji u ġegħelhom idaħħnu.
6 Ibgħat is-sajjetti u xerred l-għedewwa;Spara l-vleġeġ tiegħek u itfaʼ l-għedewwa f’konfużjoni.
7 Agħtini jdejk mill-għoli;Eħlisni u salvani mill-mewġ qawwi,Minn id il-barranin
8 Li jigdbu u jgħollu idhom il-leminija biex jaħilfu b’mod falz.
9 Alla tiegħi, jien se nkantalek għanja ġdida.
Se nfaħħrek bil-kant waqt li ndoqq strument b’għaxar kordi,
10 Għax int tgħin lir-rejiet jirbħu,*Int Dak li ssalvani* mix-xabla.
11 Eħlisni u salvani minn id il-barraninLi jigdbu u jgħollu idhom il-leminija biex jaħilfu b’mod falz.
12 B’hekk, it-tfal subien tagħna se jkunu bħal pjanti żgħar li jikbru malajr,U t-tfal bniet tagħna se jkunu bħal kolonni li jżejnu l-kantunieri taʼ palazz.
13 L-imħażen tagħna se jkunu mimlijin b’kull tip taʼ ikel;L-imrieħel tagħna se jiżdiedu bl-eluf, bl-għaxriet t’eluf.
14 Il-baqar tagħna li jkunu se jwelldu mhux se jweġġgħu jew ikorru;Mhux se jinstemaʼ biki fil-pjazez tagħna.
15 In-nies li se jirċievu dawn il-barkiet se jkunu ferħanin!
In-nies li l-Alla tagħhom hu Ġeħova se jkunu ferħanin!
Noti taʼ taħt
^ Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Jew “Il-post fl-għoli taʼ sigurtà.”
^ Jew “isalvaw.”
^ Letteralment “teħles lill-qaddej tiegħek David.”

