Salm 3:1-8

  • Jafda f’Alla minkejja l-periklu

    • “Għala l-għedewwa tiegħi żdiedu daqshekk?” (1)

    • “Ġeħova, int il-wieħed li ssalva” (8)

Għanja taʼ David meta kien qed jaħrab minn ibnu Absalom. 3  Ġeħova, għala l-għedewwa tiegħi żdiedu daqshekk? Għala hemm ħafna li qed jiħduha kontrija?  2  Ħafna qed jgħidu dwari:* “Alla mhux se jsalvah.” (Sela)*  3  Imma int bħal tarka madwari, Ġeħova. Int tonorani u tagħtini kuraġġ.  4  Jien se ngħajjat lil Ġeħova għall-għajnuna,U hu jwiġibni mill-muntanja qaddisa tiegħu. (Sela)  5  Jien nimtedd u norqod;Inqum u nħossni fis-sigurtà,Għax Ġeħova jkompli jappoġġani.  6  Jien ma nibżax mill-għaxriet t’elufLi ġejjin kontrija minn kull naħa.  7  Aġixxi, Ġeħova! Salvani, Alla tiegħi! Agħtihom daqqa ġo ħalqhom lill-għedewwa kollha tiegħi;Kisser snien il-ħżiena.  8  Ġeħova, int il-wieħed li ssalva. Il-barka tiegħek qiegħda fuq il-poplu tiegħek. (Sela)

Noti taʼ taħt

Jew “dwar ruħi.”